Kjarifika mill-Kumitat Ċentrali L-aħħar Aġġornament: 08/02/2017 Il-President u l-Kumitat tas-Soċjeta' Mużikali Peace tan-Naxxar, jiċħdu u jikkundannaw bla riserva l-aħbar falza u rresponsabli tal-mewt ta' Anthony Cauchi, Membru tal-Kumitat, Direttur tal-Kummissjoni Banda u Bandist għal dawn l-aħħar 26 sena. Logħba ta ħbiberija bejn il-partitarji L-aħħar Aġġornament: 08/02/2017 Nhar l-Erbgħa grupp ta' żghażagħ partitarji u ħbieb tas-Soċjeta', nngħaqdu flimkien sabiex jilgħabu logħba football 5-a side. Nħeġġu aktar żgħażagħ sabiex jinngħaqdu magħna għal logħba li jmiss. Insellmu lil ħuna Joe Falzon L-aħħar Aġġornament: 08/02/2017 Is-Socjetà Muzikali Peace issellem lil huna Joe Falzon maghruf man-Naxxarin (Tan-Naw / Borom) li mar igawdi l-Hajja ta’ dejjem. Joe kien dilettant kbir tal-Gimgha l-Kbira fin-Naxxar u ammiratur tal-Banda Peace. Ta’ kull sena kien jiehu hsieb il-Vara l-Kbira w erhilu jiehu pjacir bil-Marci Funebri li l-Banda Peace issemma tul it-triq tal-purcissjoni. Min hawn naghtu l-kondoljanzi lill-familjari tieghu u nirringrazzjawh ta’ kull sostenn li taghna. Ritratt: Images Photo Studio Stqarrija mill-Kumitat tas-Soċjeta' Mużikali Peace L-aħħar Aġġornament: 06/02/2017 Il-President u l-Kumitat tas-Soċjeta' Mużikali Peace tan-Naxxar, jilqaw b'sodisfazzjon l-aħbar li l-aħħar tlett ex-membri tal-Kumitat ġew illiberati minn kull akkuża mressqa' kontrijhom. (Aqra l-istqarrija sħiħa billi tagħfas fuq il-link). Għalliem u Ko-ordinatur tat-Tgħalim fis-Soċjeta' Mużikali Peace L-aħħar Aġġornament: 19/01/2017 Nhar l-Erbgħa 18 ta' Jannar, tkompla l-proġett ambizzjuż tal-banda Peace fejn jidħol it-tgħalim tal-mużika. Il-bieraħ ġie ffirmat kuntratt ma' Emmanuel Giordimaina bħala għalliem u ko-ordinatur tat-tgħalim tal-mużika fis-Soċjeta' Mużikali Peace flimkien mas-surmast u l-assistent surmast tal-banda Peace. B'Sogħba kbira nħabbru l-mewt ta' Carmel Cortis L-aħħar Aġġornament: 07/01/2017 B'sogħba u dispjaċir kbir inħabbru l-mewt tas-sur Carmel Cortis magħruf aħjar bħala 'Nenu'. Nenu kien Naxxari li verament iħobb il-Festa għażiża ta' Marija Bambina kif ukoll il-Festi tal-Ġimgħa Mqaddsa. Is-sur Cortis sserva wkoll għal żmien twil fil-Kumitat Ċentrali tal-Għaqda Mużikali Marija Bambina, Banda Vittorja Naxxar.
Il-President u l-Kumitat tas-Soċjeta' Mużikali Peace tan-Naxxar, jiċħdu u jikkundannaw bla riserva l-aħbar falza u rresponsabli tal-mewt ta' Anthony Cauchi, Membru tal-Kumitat, Direttur tal-Kummissjoni Banda u Bandist għal dawn l-aħħar 26 sena.
Nhar l-Erbgħa grupp ta' żghażagħ partitarji u ħbieb tas-Soċjeta', nngħaqdu flimkien sabiex jilgħabu logħba football 5-a side. Nħeġġu aktar żgħażagħ sabiex jinngħaqdu magħna għal logħba li jmiss.
Is-Socjetà Muzikali Peace issellem lil huna Joe Falzon maghruf man-Naxxarin (Tan-Naw / Borom) li mar igawdi l-Hajja ta’ dejjem. Joe kien dilettant kbir tal-Gimgha l-Kbira fin-Naxxar u ammiratur tal-Banda Peace. Ta’ kull sena kien jiehu hsieb il-Vara l-Kbira w erhilu jiehu pjacir bil-Marci Funebri li l-Banda Peace issemma tul it-triq tal-purcissjoni. Min hawn naghtu l-kondoljanzi lill-familjari tieghu u nirringrazzjawh ta’ kull sostenn li taghna. Ritratt: Images Photo Studio
Il-President u l-Kumitat tas-Soċjeta' Mużikali Peace tan-Naxxar, jilqaw b'sodisfazzjon l-aħbar li l-aħħar tlett ex-membri tal-Kumitat ġew illiberati minn kull akkuża mressqa' kontrijhom. (Aqra l-istqarrija sħiħa billi tagħfas fuq il-link).
Nhar l-Erbgħa 18 ta' Jannar, tkompla l-proġett ambizzjuż tal-banda Peace fejn jidħol it-tgħalim tal-mużika. Il-bieraħ ġie ffirmat kuntratt ma' Emmanuel Giordimaina bħala għalliem u ko-ordinatur tat-tgħalim tal-mużika fis-Soċjeta' Mużikali Peace flimkien mas-surmast u l-assistent surmast tal-banda Peace.
B'sogħba u dispjaċir kbir inħabbru l-mewt tas-sur Carmel Cortis magħruf aħjar bħala 'Nenu'. Nenu kien Naxxari li verament iħobb il-Festa għażiża ta' Marija Bambina kif ukoll il-Festi tal-Ġimgħa Mqaddsa. Is-sur Cortis sserva wkoll għal żmien twil fil-Kumitat Ċentrali tal-Għaqda Mużikali Marija Bambina, Banda Vittorja Naxxar.