Nhar il-Ħadd, 5 ta’ April, il-Banda Peace, b’pjaċir u unur kbir kif tagħmel kull sena, akkumpanjat l-istatwa artistika ta’ Kristu Rxoxt fit-toroq tan-Naxxar.
Matul il-purċissjoni, il-banda esegwiet għadd ta’ marċi brijużi, klassiċi kif ukoll valzi, li żiedu mal-atmosfera ferriħija ta’ din il-festa.
Il-purċissjoni bdiet fl-10:00am bil-ħruġ tal-istatwa tal-Irxoxt, bis-sehem tal-banda.