Messaġġ ta’ Awgurju lil tliet Bandisti Ġodda fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Peace
Is-Soċjetà Mużikali Peace bi pjaċir kbir tawgura u tilqa’ fostha tliet mużiċisti żgħażagħ li kienu qed jattendu l-iskola tal-mużika tagħna. Waqt is-servizz mużikali solenni tal-Għid il-Kbir, ingħaqdu għall-ewwel darba mal-banda:
-
Luigi Vella – Alto Saxophone
-
Engelbert Zammit – Percussion (Drums)
-
Emma Friggieri – Clarinet
Dan il-pass importanti huwa xhieda tal-ħidma sfiqa li ssir fl-iskola mużikali tas-Soċjetà. Ringrazzjament speċjali jmur lill-għalliema dedikati tagħna għall-formazzjoni li taw lil dawn iż-żgħażagħ, kif ukoll lill-ġenituri għas-sapport kontinwu li joffru lil uliedhom biex ikomplu jiżviluppaw it-talenti tagħhom u jimirħu lejn orizzonti ġodda.
Nawguraw lil Luigi, Engelbert u Emma karriera mużikali mill-aqwa u mimlija suċċessi fi ħdan il-familja tal-Banda Peace!