Aħbarijiet riċenti

[351-355] minn 500 artikli
<
>

Badges u faxxex għall-brieret tal-bandisti

Nhar il-Gimgha l-Kbira waqt il-purcissjoni kif forsi hafna minnkom innutaw, li l-Bandisti fuq il-brieret taghhom kellhom badge gdida. Dakinhar ghall-ewwel darba l-bandisti libsu set ta' badges godda u faxex ghall-brieret taghhom.

L-Ghid it-Tajjeb lil Kulhadd

F'isem il-Kumitat u l-Kummissjonijiet nixtieq nawguralkom l-Ghid it-Tajjeb lilkhom u lill-familja kollha taghkom.

"Tkun Magħmula r-Rieda Tiegħek" - Ħamis ix-Xirka u l-Ġimgħa Kbira filgħodu

"Tkun Maghmula r-Rieda Tieghek". Kollox preparat sabiex il-Lejla Hamis ix-Xirka fit-8pm nifthu l-bieb ghar-Rapprezentazzjoni Hajja tal-Orazzjoni fil-Gnien tal-Getsemani. Esperjenza li zgur m'ghandkomx titilfu ! Ikun hemm Rapprezentazzjoni kull 20 minuta. Narawkom flimkien mal-familji u hbieb taghkom.

Nsellmu l-memorja tal-Mons. Arċisqof Ġużeppi Mercieca

Niftakkru fl-Arcisqof Emeritu Mons. Guzeppi Mercieca. Grazzi tal-hidma fejjieda tieghek. Ghal aktar minn 40 sena, Monsinjur Guzeppi Mercieca ghex fil-Palazz tal-Arcisqof fl-Imdina. In-nies tal-Imdina jiddiskrivu lill-Mons. Guzeppi Mercieca bhala persuna umana hafna. Dan l-ahhar il-Monsinjur Guzeppi Mercieca ma baqax joqghod fil-Plazz tal-Arcisqof fl-Imdina u kien qieghed jghix ma' familja fiz-Zejtun li kienet qieghda tiehu hsieb il-kura tieghu.

VIA CRUCIS - SUĊĊESS

Nhar is-Sibt 12 ta' Marzu l-Banda Peace esegwit ghall-PREMIER tal-Program Muzikali ta' muzika Sagra, VIA CRUCIS kompozzizjoni ta' Karl Fiorini. F'isem il-Kumitat Centrali tas-Socjeta' Muzikali Peace nixtiequ nirringrazzjaw lil dawk kollha li attendew ghal din is-serata mill-isbah.Ircevejna bosta kummenti pozitivi hafna fuq il-Banda Peace kif ukoll fuq il-kompozizzjoni. 

VIA CRUCIS - CDs għall Bejgħ

Nhar is-Sibt 12 ta' Marzu propju wara l-PREMIERE ferm mistennija tal-VIA CRUCIS ser ikun qieghed isir il-bejgh tac-CDs ta' din il-Muzika Sagra li ser tkun ghadha kemm indaqqet gewwa l-Knisja Arcipretarja tan-Naxxar. Nhar il-Hadd 24 ta' Jannar beda r-recording ta' din il-Muzika Sagra, billi sar ir-recording tal-instrumenti, u wara bdew isiru r-recordings tal-vucijiet (Tenur, Baritonu, Sopran u l-kor) u propju ftit tal-jiem ilu ntemm fr-recording b'success kbir. 

[351-355] minn 500 artikli
<
>
 

Aħbarijiet Riċenti

Tagħlim tal-Mużika mall-Banda Peace

Għafas fuq il-buttuna t'hawn taħt sabiex tirreġistra għal tagħlim tal-mużika professjonali minngħajr ħlas.

Wara li tirreġistra, s-Soċjeta' Mużikali Peace ser tikkuntatjak fuq id-dettalji li tkun għadek kemm irreġistrajt bihom.

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify