Investiment fil-wirt kulturali tan-Naxxar: Is-Soċjetà tgawdi minn fondi mill-Kunsill Malti għall-Arti.
Is-Soċjetà kisbet appoġġ finanzjarju importanti biex tkompli ssaħħaħ it-tradizzjonijiet tagħha, permezz tal-iskema għall-wirt artistiku mnedija mill-Kunsill Malti għall-Arti.
Għal din l-għotja uffiċjali attendew is-Segretarju Ġenerali Matthew Pullicino, flimkien mal-Uffiċjal għal skemi ta' fondi Isaac Cachia Bonavia.
Grazzi għal dawn il-fondi, se jsir investiment dirett f’tliet oqsma ewlenin li jiffurmaw il-qalba tal-festa u s-soċjetà:
-
Armar: Se jissokta l-proġett għall-bandalori l-ġodda li jżejnu Vjal il-Labour.
-
Mużika: Se tiġi mmodernizzata l-kamra tal-mużika b'għamara ġdida u spazju tax-xogħol aktar prattiku u komdu.
-
Piroteknika: L-Għaqda tan-Nar Marija Bambina Naxxar (A.D. 2012) se tinvesti f'apparat ta' sigurtà modern (rails apposta) biex jintuża waqt il-wirjiet tan-nar.
Is-Soċjetà rringrazzjat pubblikament lill-Kunsill Malti għall-Arti għal din l-għajnuna imprezzabbli li se tiżgura futur aktar b'saħħtu u sigur għall-patrimonju lokali.
L-aħħar aġġornament sar nhar: Is-Sibt, 16 ta’ Mejju 2026