Attivitajiet li jmiss

Quddiesa b’Tifkira ta’ Christopher Magro "iċ-Ċappin" - 7 t'Awwissu

Nhar il-Ġimgħa, 7 ta’ Awwissu 2026, se titfakkar il-ħajja tal-għażiż Christopher Magro, magħruf ma’ kulħadd bħala "iċ-Ċappin", permezz ta’ Quddiesa f’ġieħu li se ssir fit-8:45 ta’ filgħodu fil-Kolleġġjata ta’ Marija Bambina, in-Naxxar. Din il-Quddiesa se tkun mument ta’ talb u tifkira għal wieħed mill-ulied tan-Naxxar li ħalla marka f’qalb dawk kollha li kellhom ix-xorti jafuh. Nistednu lill-komunità kollha tingħaqad biex tagħti l-aħħar tislima u ssellem il-memorja ta’ dan il-patrijott Naxxari.

BBQ Tal-Festa - 28 t'Awwissu

Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-Festa, il-Kummissjoni Żgħażagħ tas-Soċjetà Mużikali Peace Naxxar qed torganizza l-BBQ tal-Festa 2026, attività li tgħaqqad ikel mill-aqwa, mużika live u atmosfera festiva fil-qalba tan-Naxxar. L-attività se ssir il-Ġimgħa, 28 ta’ Awwissu 2026, mit-8:00pm ’il quddiem, fi Pjazza Vittorja, in-Naxxar, fejn il-pubbliku se jkun jista’ jgawdi minn serata rilassanti u mimlija divertiment flimkien mal-familja u l-ħbieb.

BambinaFest mit-Tfal għat-Tfal - 2 ta' Settembru

Il-Kummissjoni Żgħażagħ tas-Soċjetà Mużikali Peace Naxxar qed tistieden lit-tfal u lill-familji kollha għal edizzjoni oħra tal-BambinaFest, attività speċjali mtella’ apposta għaż-żgħar bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-festa. har l-Erbgħa, 2 ta’ Settembru 2026, minn 5:30pm ’il quddiem, Triq l-Imran, Naxxar (ħdejn Pizza Planet, fil-pjazza tan-Naxxar) se tinbidel f’post mimli ferħ, logħob u divertiment fejn it-tfal jistgħu jqattgħu waranofsinhar memorabbli flimkien mal-familja u l-ħbieb.

...aktar Attivitajiet
OTTO Clubhouse - Sponsorship

Kont taf li ...

Kont taf li fil-15 ta' Lulju 1951, is-Soċjetà ġiet ikkonsagrata lill-Qalb Imqaddsa ta' Ġesù u Marija

Kont taf li fil-15 ta' Lulju 1951, is-Soċjetà Mużikali Peace Naxxar ġiet uffiċjalment ikkonsagrata lill-Qalb Imqaddsa ta' Ġesù u Marija f'waħda mill-aktar ċelebrazzjonijiet reliġjużi sinifikanti fl-istorja tas-Soċjetà?

Din il-ġrajja storika kienet frott ta' deċiżjoni meħuda waqt seduta ġenerali li saret nhar il-Ħamis, 3 ta' Mejju 1951, meta l-President il-ġdid ta' dak iż-żmien, in-Nutar Joseph Spiteri, ħabbar il-ħsieb tal-kumitat li jorganizza ċelebrazzjoni reliġjuża solenni li matulha l-każin jiġi kkonsagrat lill-Qalb Imqaddsa ta' Ġesù u Marija.

Din is-sena niċċelebraw 100 sena ta' Snooker fin-Naxxar

Is-Soċjetà tagħna qed tiċċelebra pass storiku u importanti ħafna fl-istorja sportiva u kulturali tagħha. Kien proprju f'Ġunju tal-1926 meta ddaħħlet l-ewwel mejda tal-billiard ġewwa s-Soċjetà - bidu umli ta' sport li matul is-snin kompla jimraħ, jikber u jrabbi l-għeruq fil-komunità tagħna. Matul dan iċ-ċentinarju, il-logħba evolviet b'mod b'saħħtu, u llum il-ġurnata nistgħu niftaħru b'sala dedikata apposta tal-ogħla livell u b'attività kontinwa li żżomm dan l-isport ħaj u vibranti fost il-membri kollha tagħna.

Kont taf x'inhu l-legat tas-Surmast Ferdinando Camilleri mas-Soċjeta' tagħna?

Bħal-lum 167 sena ilu, fit-30 ta’ April 1859, twieled f’Ħal Luqa Ferdinando Camilleri, eks-Surmast Direttur tal-Banda Peace (dak iż-żmien magħrufa bħala Filarmonica La Pace). Is-sena 1917 kienet sena sinifikanti għas-Soċjetà Mużikali Peace, Naxxar. Matul ir-raba’ sena tal-Ewwel Gwerra Dinjija, is-Soċjetà mmodernizzat l-operat tagħha billi rrilokat għas-sede l-ġdida f’Palazzo Vittoria, fil-qalba tal-Pjazza tan-Naxxar. Din il-bidla fit-tmexxija u l-lokalità tat spinta ġdida lill-Banda tar-Raħal. F’Novembru tal-istess sena, wara d-direzzjoni tas-Surmast Vittorio Scerri, it-tmexxija mużikali għaddiet f’idejn is-Surmast Ferdinando Camilleri, b’salarju stabbilit ta’ 14-il xellin fix-xahar.

Minn kien Dun Anton Sciberras?

Bħal-lum 104 snin ilu, fit-13 t'April 1922, twieldet persuna li kellha tħalli marka li ma titħassar qatt fil-qalb tal-komunità Naxxarija: Dun Anton Sciberras. Illum infakkru mhux biss l-anniversarju minn twelidu, iżda l-legat għani ta’ qassis, poeta, u patrijott li ddedika ħajtu għall-proxxmu u għal raħal twelidu.

Il-Ġimgħa l-Kbira fin-Naxxar tmur lura għall-1749

Is-Sinifikat Storiku tal-Ġimgħa l-Kbira fin-Naxxar u l-Wirt tal-Banda Peace. Il-Ġimgħa l-Kbira fin-Naxxar hija waħda mill-aktar tradizzjonijiet reliġjużi profondi u radikati f’Malta, li tgħaqqad sekli ta’ devozzjoni, arti u spirtu komunitarju. Il-purċissjoni annwali, mimlija simboliżmu u rispett, mhijiex biss osservanza spiritwali iżda wkoll wirt kulturali li ġie mħares u żviluppat tul il-ġenerazzjonijiet.

...Aqra' aktar artikli

Aħbarijiet Riċenti

Tagħlim tal-Mużika mall-Banda Peace

Għafas fuq il-buttuna t'hawn taħt sabiex tirreġistra għal tagħlim tal-mużika professjonali minngħajr ħlas.

Wara li tirreġistra, s-Soċjeta' Mużikali Peace ser tikkuntatjak fuq id-dettalji li tkun għadek kemm irreġistrajt bihom.

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify