Is-Soċjetà tagħna qed tiċċelebra pass storiku u importanti ħafna fl-istorja sportiva u kulturali tagħha. Kien proprju f'Ġunju tal-1926 meta ddaħħlet l-ewwel mejda tal-billiard ġewwa s-Soċjetà - bidu umli ta' sport li matul is-snin kompla jimraħ, jikber u jrabbi l-għeruq fil-komunità tagħna.
Matul dan iċ-ċentinarju, il-logħba evolviet b'mod b'saħħtu, u llum il-ġurnata nistgħu niftaħru b'sala dedikata apposta tal-ogħla livell u b'attività kontinwa li żżomm dan l-isport ħaj u vibranti fost il-membri kollha tagħna.
Esibizzjoni Storika: Tony Drago vs John Higgins
Kif jixraq għal anniversarju tant kbir, f'Marzu ta' din is-sena assistejna għal esibizzjoni storika u memorabbli. Fuq il-mejda tagħna rajna jikkompetu żewġ leġġendarji kbar tas-snooker: il-bambin tal-logħba Malti Tony Drago u ċ-champion Skoċċiż John Higgins.
Kienet lejla ta' snooker ta' livell dinji li b'emozzjoni kbira fakkret il-vjaġġ ta' Mitt Sena ta' dan l-isport fostna. Din l-okkażjoni speċjali saret ukoll fil-preżenza tal-ogħla mexxejja tal-pajjiż, li onorawna bil-preżenza tagħhom f'dan il-mument ta' kburija nazzjonali u lokali.
Nħarsu 'l quddiem lejn aktar snin ta' suċċessi u attività f'din is-sala li rat tant storja!
Edukazzjoni | OTTO Clubhouse | Farsons Group | Triple A | Hilton Malta | Brown's | Neriku Catering
Ħajr lill-Josmar Muscat tar-ritratti
L-aħħar aġġornament sar nhar: Il-Ġimgħa, 19 ta’ Ġunju 2026