Attivitajiet li jmiss

Rooftop Gathering - 27 ta' Ġunju

Il-Kummissjoni Żgħażagħ fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Banda Peace għandha l-pjaċir tistiednek għall-attività tant mistennija Rooftop Gathering. Din ser tkun il-lejla perfetta biex niltaqgħu flimkien f'atmosfera rilassata u niftħu l-istaġun tas-sajf bl-aqwa mod.

Majjalata flimkien mal-Għaqda tan-Nar Marija Bambina - 4 ta' Lulju

L-Għaqda tan-Nar Marija Bambina Naxxar, A.D. 2012, qed tistieden lill-pubbliku għal attività oħra soċjali u mtella' b'tant dedikazzjoni. Din id-darba ser tiġi organizzata l-Majjalata annwali, li hija l-okkażjoni perfetta biex niltaqgħu flimkien f'atmosfera brijuża u nkomplu nsostnu l-festa tagħna.

Kunċert Marjan Vokali u Strumentali mill-Banda Peace - 18 ta' Lulju

Il-komunità Naxxarija qed tħejji ruħha għal wieħed mill-aktar mumenti sinifikanti u emozzjonali fl-istorja tagħha. Taħt l-isem emblematiku “300 Sena Fostna n-Naxxarin”, ser jittella' Kunċert Marjan Vokali u Strumentali mill-aqwa mis-Soċjetà Mużikali Banda Peace. Dan il-kunċert storiku qed jiġi organizzat fl-okkażjoni speċjali tat-300 anniversarju mill-wasla tal-Istatwa Titulari tant għażiża ta’ Marija Bambina fostna n-Naxxarin. Bħala xhieda tal-importanza nazzjonali ta’ din il-ġrajja, l-attività ser tkun taħt il-patroċinju distint tal-President tar-Repubblika ta' Malta, l-E.T. Myriam Spiteri Debono.

...aktar Attivitajiet
ESS - Palazzoli
Appliance Hub
ESS - Legrand Synergy
ESS - Schneider Electric
ESS - Legrand
ESS - click
OTTO Clubhouse - Sponsorship

Kont taf li ...

Din is-sena niċċelebraw 100 sena ta' Snooker fin-Naxxar

Is-Soċjetà tagħna qed tiċċelebra pass storiku u importanti ħafna fl-istorja sportiva u kulturali tagħha. Kien proprju f'Ġunju tal-1926 meta ddaħħlet l-ewwel mejda tal-billiard ġewwa s-Soċjetà - bidu umli ta' sport li matul is-snin kompla jimraħ, jikber u jrabbi l-għeruq fil-komunità tagħna. Matul dan iċ-ċentinarju, il-logħba evolviet b'mod b'saħħtu, u llum il-ġurnata nistgħu niftaħru b'sala dedikata apposta tal-ogħla livell u b'attività kontinwa li żżomm dan l-isport ħaj u vibranti fost il-membri kollha tagħna.

Kont taf x'inhu l-legat tas-Surmast Ferdinando Camilleri mas-Soċjeta' tagħna?

Bħal-lum 167 sena ilu, fit-30 ta’ April 1859, twieled f’Ħal Luqa Ferdinando Camilleri, eks-Surmast Direttur tal-Banda Peace (dak iż-żmien magħrufa bħala Filarmonica La Pace). Is-sena 1917 kienet sena sinifikanti għas-Soċjetà Mużikali Peace, Naxxar. Matul ir-raba’ sena tal-Ewwel Gwerra Dinjija, is-Soċjetà mmodernizzat l-operat tagħha billi rrilokat għas-sede l-ġdida f’Palazzo Vittoria, fil-qalba tal-Pjazza tan-Naxxar. Din il-bidla fit-tmexxija u l-lokalità tat spinta ġdida lill-Banda tar-Raħal. F’Novembru tal-istess sena, wara d-direzzjoni tas-Surmast Vittorio Scerri, it-tmexxija mużikali għaddiet f’idejn is-Surmast Ferdinando Camilleri, b’salarju stabbilit ta’ 14-il xellin fix-xahar.

Minn kien Dun Anton Sciberras?

Bħal-lum 104 snin ilu, fit-13 t'April 1922, twieldet persuna li kellha tħalli marka li ma titħassar qatt fil-qalb tal-komunità Naxxarija: Dun Anton Sciberras. Illum infakkru mhux biss l-anniversarju minn twelidu, iżda l-legat għani ta’ qassis, poeta, u patrijott li ddedika ħajtu għall-proxxmu u għal raħal twelidu.

Il-Ġimgħa l-Kbira fin-Naxxar tmur lura għall-1749

Is-Sinifikat Storiku tal-Ġimgħa l-Kbira fin-Naxxar u l-Wirt tal-Banda Peace. Il-Ġimgħa l-Kbira fin-Naxxar hija waħda mill-aktar tradizzjonijiet reliġjużi profondi u radikati f’Malta, li tgħaqqad sekli ta’ devozzjoni, arti u spirtu komunitarju. Il-purċissjoni annwali, mimlija simboliżmu u rispett, mhijiex biss osservanza spiritwali iżda wkoll wirt kulturali li ġie mħares u żviluppat tul il-ġenerazzjonijiet.

Kont Taf xi tfisser 'L-Erbgħa tat-Tniebri'?

L-Erbgħa Mqaddes, fil-qalba tal-Ġimgħa Mqaddsa, jirrappreżenta wieħed mill-aktar mumenti intensi u mimlijin tifsira fit-tradizzjoni Nisranija. Magħruf ukoll bħala “L-𝐄𝐑𝐁𝐆𝐇𝐀 𝐓𝐀𝐓-𝐓𝐍𝐈𝐄𝐁𝐑𝐈” jew “L-Erbgħa tal-Ispiji”, peress li jfakkar fit-tradiment ta’ Ġuda li ftiehem mas-Sinedriju biex iwassal lil Ġesù bi tletin biċċa fidda.

...Aqra' aktar artikli

Aħbarijiet Riċenti

Tagħlim tal-Mużika mall-Banda Peace

Għafas fuq il-buttuna t'hawn taħt sabiex tirreġistra għal tagħlim tal-mużika professjonali minngħajr ħlas.

Wara li tirreġistra, s-Soċjeta' Mużikali Peace ser tikkuntatjak fuq id-dettalji li tkun għadek kemm irreġistrajt bihom.

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify