Gallery Album: It-Tnedija tac-CD il-ġdida ta' Marċi Funebri - Osculum Proditionis - 17 ta' Marzu

Nhar il-Ħadd 17 ta' Marzu fl-10:00am ġewwa OTTO Clubhouse, l-Kumitat Ċentrali flimkien mall-Kummissjoni Banda ħarġu għal bejgħ CD ġdida ta' Marċi Funebri bl-isem "Osculum Proditionis" li tfisser "Il-Bewsa tat-Tradiment". F' din ic-CD nisimaw sett ta' Marċi Funebri mill-isbaħ miktubin minn kompożituri lokali fosthom insibu marċi miktubin riċenti u oħrajn li nkitbu bosta snin ilu u li l-maġġornaza tagħhom nkitbu minn Surmastrijiet li kienu parti mill-istorja kbira tal-Banda Peace tan-Naxxar.

F'dan ic-CD ser issibu marċi ġodda u antiki li jmorru lura l' fuq minn mitt sena. Il-Kummissjoni Banda bħalissa għaddejja fi proċess sabiex teqleb il-marċi antiki tas-Soċjeta' b'mod diġitali sabiex wara dawn is-snin kollha jkunu jistaw jerġaw jinndaqqu mill-Banda u jitgawdew għal aktar snin. F'dan ic-CD ser tinnutaw li hemm ħames marċi li nqelbu diġitalment u saħansitra ġew rrekordjati u ser tkunu tistaw tisimawom f'dan ic-CD il-ġdid. 

Marċi Funebri mill-Banda Peace

1. Alla Memoria di Anna Micallef (2018) - LINO PIROTTA -Surmast Direttur (1991 - preżent)
2. Crucis (2018) - JOSEPH CHIRCOP -Assistent Surmast
3. Alla Memoria del mio Nonno Leli Giordimaina (Ta' Fantin)(2018) - EMMANUEL GIORDIMAINA
4. In Memory of Michael Agius (2018) - KYLE PIROTTA -Bandist
5. Passio Domini (2018) - RYAN CAUCHI -Bandist
6. A Mio Fratello Ruggiero - VINCENZO CARABOTT -Surmast Direttur (1878-1880
7. Marcia Funebre No3 - GIUSEPPE MICALLEF -Surmast Direttur (1884-1890, 1894) - Arranġament: RYAN CAUCHI
8. La Desolata - VITTORIO XERRI -Surmast Direttur (1902-1904, 1914-1917) - Arranġament: KYLE PIROTTA
9. Abbi Pieta' - FERDINAND CAMILLERI -Surmast Direttur (1917-1922
10. Papa Pio XI - KAV. GIUSEPPE BUSUTTIL -Surmast Direttur (1930-1944
11. Alla Memoria del Marchese Vincenzo Bugeja (2017) - RAY SCIBERRAS
12. Għalik John Debono (2015) - LINO PIROTTA -Surmast Direttur (1991 - preżent)

 

Teaser

 


Ħajr lill-Picturing Memories tar-ritratti
L-Għid it-Tajjeb lil Kullħadd
CD tal-Cantata fl-okkażjoni tal-150 sena Banda. Għall-bejgħ mill-każin.

Tagħlim tal-Mużika mall-Banda Peace

Għafas fuq il-buttuna t'hawn taħt sabiex tirreġistra għal tagħlim tal-mużika professjonali minngħajr ħlas.

Wara li tirreġistra, s-Soċjeta' Mużikali Peace ser tikkuntatjak fuq id-dettalji li tkun għadek kemm irreġistrajt bihom.