Minn kien Mons. Fr Richard Borg B.A., Lic.D.?

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Minn kien Mons Fr Richard Borg B.A., Lic.D.?

Twieled nhar is-7 ta’ Ottubru 1948 fin-Naxxar minn Saviour Borg u Marianne nee Camilleri. Studja fl-iskola Primarja tal-Gvern fin-Naxxar u ħa l-edukazzjoni sekondarja tiegħu fis-Seminarju tal-Arċisqof fil-Floriana.

Wara kompla l-istudju terzjarju fl-Università ta’ Malta bejn l-1967 u l-1974 fejn fl-1970 kiseb il-grad ta’ Baċellerat , B.A.Gen., fil-Filosofija, fil-lingwa Ingliża u f’dik Taljana, u fl-1974 kiseb il-Liċenzjat. Lic.D., fl-istudji Teoloġiċi .

Ħa t-tħejjija tiegħu għas-saċerdozju fis-Seminarju u fl-Università ta’ Malta. Ġie ordnat saċerdot mill-Arċisqof Mikiel Gonzi fl-20 ta’ Lulju 1974 flimkien ma ħamsin oħra.

Ħadem għal ħdax-il sena (1974-1985) bħala viċi Arċipriet fil-Parroċċa tan-Naxxar, mal-Arċiprieti Dun Pawl Caruana u Dun Pietru Xuereb. Kien Kappillan tal-Parroċċa ta’ Santa Marija ta’ Had-Dingli (1985-1994) Arċipriet tal-Parroċċa ta’ San Nikola fis-Siġġiewi (1994-2002) u Arċipriet tal-Parroċċa ta’ San Publiju fil-Floriana (2002-2018).

Nhar is-27 ta Jannar, 2018, permezz ta’ digriet ta’ Mons Arċisqof Charles J Scicluna, Dun Richard ġie maħtur Monsinjur Onorarju tal-Kapitlu tal-Katidral tal-Imdina. Iċ-ċerimonja tal-investitura tiegħu bħala Monsinjur, saret nhar il-Ħadd, 28 ta’ Jannar, 2018 fil-Katidral tal-Imdina, mill-E.T Mons Arċisqof Charles J Scicluna. Huwa wkoll Kanonku Onorarju tal-ewwel Kapitlu tal-Knisja Kolleġġjata ta’ Marija Bambina tan-Naxxar.

Mons. Richard Borg huwa l-awtur tal-lirika tal-Cantata ‘L-Għanja tal-Paċi’ (2012) u tal-Innu Marċ ‘Lill-Bambina Sultana tal-Paċi’ (2017).

Ingħata l-ġieħ ta' Membru Onorarju tas-Soċjetà Mużikali Peace nhar is-7 ta’ Settembru, 2014.

Nhar il-Ħamis 6 t'April 2023, b'dieqa u dispjaċir kbir ġiet mħabbra l-mewt ta' Mons. Richard Borg, Direttur Spiritwali, Membru Onorarju u Benefattur tas-Soċjeta' Mużikali Peace, Naxxar.

Żgur li ser jibqa mfakkar għal kontribut tiegħu lejn din is-Soċjeta'.

 

L-aħħar aġġornament sar nhar: Il-Ħamis, 6 ta’ April 2023


Aħbarijiet Riċenti

Kalendarju tax-Xahar

  • Diċembru 2024
    ĦadTneTliErbĦamĠimSib
    24252627282930
    1234567
    891011121314
    15161718192021
    22232425262728
    2930311234

Mill-Arkivji

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify