Bi pjaċir nħabbru lill-Mro. Reno Cassar bħala Assistent Surmast

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Bi paċir inħabbru li Mro. Reno Cassar inħatar bħala Assistent Surmast u Għalliem tas-Sezzjoni Ram tal-Banda Peace, tan-Naxxar.

Mro. Cassar huwa minn Ħal-Qormi u huwa wieħed mill-aqwa mużiċisti tat-trumbetta f’pajjiżna. Studja taħt diversi surmastrijiet rinomati u daqq kemm mal-Orkestra Nazzjonali, kif ukoll baned popolari fil-qasam tal-ispettaklu. Il-professjoni tiegħu hija dik ta’ LSE fis-Seminarju tal-Arċisqof.

Niffirħulu u nawgurawlu f’din il-kariga għall-ġid tal-Banda u l-istudenti tal-Mużika.

L-aħħar aġġornament sar nhar: L-Erbgħa, 11 ta’ Ottubru 2023


A Night at the Musicals - 2nd December
A Night at the Musicals - 2nd December

Tagħlim tal-Mużika mall-Banda Peace

Għafas fuq il-buttuna t'hawn taħt sabiex tirreġistra għal tagħlim tal-mużika professjonali minngħajr ħlas.

Wara li tirreġistra, s-Soċjeta' Mużikali Peace ser tikkuntatjak fuq id-dettalji li tkun għadek kemm irreġistrajt bihom.