Kont taf li l-1 ta’ Mejju hu Jum is-Soċjetà?

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Fl-1 ta’ Mejju 1892, jum storiku li baqa’ mnaqqax fl-istorja tal-belt tagħna, iż-żewġ Soċjetajiet Mużikali tan-Naxxar – il-Melita u l-Vittorja – ingħaqdu biex ifformaw banda waħda: il-Filarmonika La Pace. Din l-għaqda kienet il-bidu ta’ dak li llum hija l-Banda tagħna stess – il-Banda Peace – li nħobbu u niftaħru biha.

Inkomplu nħarsu ’l quddiem b’dedikazzjoni u kburija lejn din l-istituzzjoni mużikali li tagħmel ġieħ lil Naxxar u lill-komunità kollha tagħna.

VIVA L-BANDA PEACE!

Dokumentarju li sar fis-sena 2017 - 100 Sena f'Palazzo Vittoria

L-aħħar aġġornament sar nhar: Il-Ġimgħa, 2 ta’ Mejju 2025