Rikonoxximent ta’ Ħidma b’Risq in-Naxxar lil Membri tas-Soċjetà Mużikali Peace

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Matul iċ-ċelebrazzjoni tal-għoti ta’ Ġieħ in-Naxxar li saret nhar il-Ġimgħa 6 ta' Frar, ġew onorati wkoll diversi persuni li tul is-snin taw kontribut importanti għall-komunità Naxxarija. Fost dawn, tliet membri mis-Soċjetà Mużikali Peace, Naxxar ingħataw il-premju prestiġjuż “Ħidma b’Risq in-Naxxar” bħala rikonoxximent tal-impenn u s-servizz tagħhom.

David Sammut Pavia ġie rikonoxxut bħala voluntier dedikat li għal bosta snin ta kontribut siewi fil-qasam tal-piroteknika, b’mod partikolari marbut mal-festa ta’ Marija Bambina fin-Naxxar. Huwa għadu sal-lum attiv b’dedikazzjoni kbira fi ħdan l-Għaqda tan-Nar Marija Bambina Naxxar, A.D. 2012.

Emmanuel Fenech, membru onorarju u veteran tas-Soċjetà Mużikali Peace, ingħata dan ir-rikonoxximent għall-ħidma twila u siewja tiegħu favur l-organizzazzjoni tal-festa ta’ Marija Bambina kif ukoll għall-kontribut kontinwu tiegħu fil-każin tal-Banda Peace.

Joseph Buhagiar, bandist onorarju u veteran ieħor tas-soċjetà, ġie onorat għall-kontribut sinifikanti li ta tul ħajtu fil-qasam mużikali u fil-ħidma soċjali li dejjem kienet marbuta mal-ġid tal-komunità tan-Naxxar.

Dan ir-rikonoxximent huwa xhieda tal-valur tal-volontarjat u tad-dedikazzjoni li dawn l-individwi wrew lejn ir-raħal tagħhom.

Prosit tassew lil kull min jaħdem b’risq in-Naxxar u jkompli jsaħħaħ il-ħajja kulturali u soċjali tal-komunità. Viva n-Naxxar!

L-aħħar aġġornament sar nhar: Il-Ħadd, 8 ta’ Frar 2026


Aħbarijiet Riċenti

Tagħlim tal-Mużika mall-Banda Peace

Għafas fuq il-buttuna t'hawn taħt sabiex tirreġistra għal tagħlim tal-mużika professjonali minngħajr ħlas.

Wara li tirreġistra, s-Soċjeta' Mużikali Peace ser tikkuntatjak fuq id-dettalji li tkun għadek kemm irreġistrajt bihom.

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify