Data tal-Attivita: Is-Sibt, 5 ta’ Lulju 2025
Il-Kunsill Lokali tan-Naxxar jistiedinkom għal serata speċjali ta’ kultura u divertiment taħt is-sema miftuħ – Lejla Maltija fil-qalba tal-pjazza tan-Naxxar! Nhar is-Sibt 5 ta' Lulju mis-7:30pm 'l quddiem, l-Kunsill Lokali tan-Naxxar tistendikom sabiex tattendu għal attivita' fil-pjazza tan-Naxxar. Lejla ta' Divertiment b'diversi għannejja famużi, żfin tradizzjonali Malti, ikel tradizzjonali Malti, tombla u aktar. Is-Soċjeta' Mużikali Peace ser tkun qiegħda tieħu sehem f'din l-attivita'.
Ejja ngħożżu flimkien il-wirt Malti b’mużika, ikel u gost għal kulħadd! Narawkom hemmhekk!
L-aħħar aġġornament sar nhar: L-Erbgħa, 25 ta’ Ġunju 2025