Data tal-Attivita: Is-Sibt, 20 ta’ Diċembru 2025
Nistednukom tingħaqdu magħna nhar is-Sibt, 20 ta’ Diċembru, fil-Pjazza Naxxarija, fejn is-Soċjetà tagħna se tkun preżenti quddiem il-Każin b’għażla ta’ ikel u xorb tradizzjonali tal-Milied.
L-attività se toffri atmosfera festiva mill-isbaħ, b’divertiment adattat għal kull età, sabiex flimkien niċċelebraw l-ispirtu tal-Milied fil-qalb tar-raħal.
Matul l-avveniment se tkun ukoll miftuħa l-esibizzjoni artistika ta’ presepji u arti sagra
✨ CHRISTUS NATUS EST ✨
Nerġgħu niltaqgħu flimkien għal Milied mimli ferħ u tradizzjoni.
L-aħħar aġġornament sar nhar: Il-Ħamis, 18 ta’ Diċembru 2025