𝐂𝐇𝐑𝐈𝐒𝐓𝐔𝐒 𝐍𝐀𝐓𝐔𝐒 𝐄𝐒𝐓 - esibizzjoni ta' presepji u arti sagra relatata mal-Milied

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Data tal-Attivita: It-Tlieta, 6 ta’ Jannar 2026

“Christus Natus Est” – Esibizzjoni ta’ Presepji u Arti Sagra

Il-Kappella tas-Soċjetà Mużikali Peace qiegħda tilqa’ l-esibizzjoni “Christus Natus Est”, wirja ta’ presepji u arti sagra marbuta mat-tema tal-Milied. Din l-esibizzjoni se tkun miftuħa għall-pubbliku minn nhar il-Ħadd 14 ta’ Diċembru sat-Tlieta 6 ta’ Jannar 2026.

Il-wirja toffri esperjenza spiritwali u kulturali li tfakkar it-twelid ta’ Kristu, permezz ta’ xogħlijiet artistiċi u presepji li juru d-devozzjoni u t-tradizzjoni Maltija marbuta mal-Milied.

Ħinijiet tal-ftuħ huma kif ġej:

  • Mit-Tnejn sas-Sibt, mill-5:30pm sat-8:30pm

  • Il-Ħdud u festi pubbliċi, mill-10:00am sa 12:00pm u mill-5:30pm sat-8:30pm

Il-pubbliku huwa mistieden iżur din l-esibizzjoni u jieħu sehem f’mument ta’ riflessjoni u apprezzament tal-arti sagra u tat-tradizzjonijiet tal-Milied.

L-aħħar aġġornament sar nhar: It-Tlieta, 23 ta’ Diċembru 2025


Aħbarijiet Riċenti

Tagħlim tal-Mużika mall-Banda Peace

Għafas fuq il-buttuna t'hawn taħt sabiex tirreġistra għal tagħlim tal-mużika professjonali minngħajr ħlas.

Wara li tirreġistra, s-Soċjeta' Mużikali Peace ser tikkuntatjak fuq id-dettalji li tkun għadek kemm irreġistrajt bihom.

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify