Nawguraw lill-Bandisti Ġodda tal-Banda Peace

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Messaġġ ta’ Awgurju lil tliet Bandisti Ġodda fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Peace

Is-Soċjetà Mużikali Peace bi pjaċir kbir tawgura u tilqa’ fostha tliet mużiċisti żgħażagħ li kienu qed jattendu l-iskola tal-mużika tagħna. Waqt is-servizz mużikali solenni tal-Għid il-Kbir, ingħaqdu għall-ewwel darba mal-banda:

  • Luigi VellaAlto Saxophone

  • Engelbert ZammitPercussion (Drums)

  • Emma FriggieriClarinet

Dan il-pass importanti huwa xhieda tal-ħidma sfiqa li ssir fl-iskola mużikali tas-Soċjetà. Ringrazzjament speċjali jmur lill-għalliema dedikati tagħna għall-formazzjoni li taw lil dawn iż-żgħażagħ, kif ukoll lill-ġenituri għas-sapport kontinwu li joffru lil uliedhom biex ikomplu jiżviluppaw it-talenti tagħhom u jimirħu lejn orizzonti ġodda.

Nawguraw lil Luigi, Engelbert u Emma karriera mużikali mill-aqwa u mimlija suċċessi fi ħdan il-familja tal-Banda Peace!

L-aħħar aġġornament sar nhar: It-Tnejn, 13 ta’ April 2026


Aħbarijiet Riċenti

Tagħlim tal-Mużika mall-Banda Peace

Għafas fuq il-buttuna t'hawn taħt sabiex tirreġistra għal tagħlim tal-mużika professjonali minngħajr ħlas.

Wara li tirreġistra, s-Soċjeta' Mużikali Peace ser tikkuntatjak fuq id-dettalji li tkun għadek kemm irreġistrajt bihom.

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify