Wirja ta’ Arti Sagra: "Gloriosæ Virginis Mariæ" – 26 t'April sat-8 ta' Mejju 2026

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Data tal-Attivita: Il-Ġimgħa, 8 ta’ Mejju 2026

Huwa b’unur kbir li s-Soċjeta' tagħna tistieden lill-pubbliku għall-wirja speċjali ta’ arti sagra bl-isem “Gloriosæ Virginis Mariæ”. Din l-esibizzjoni qed tiġi mtellgħa f’okkażjoni storika u sinifikanti ħafna għall-komunità tagħna: it-300 sena mill-wasla tal-Vara Titulari ta’ Marija Bambina f’Naxxar.

Din il-wirja se toffri esperjenza unika fejn wieħed jista’ japprezza mill-viċin xogħlijiet ta’ arti sagra relatati mal-Bambina, f’ambjent professjonali, eleganti u dinjituz.

Dettalji tal-Avveniment

  • Post: Swali ta’ Palazzo Vittoria

  • Dati: Mis-26 ta’ April sat-8 ta’ Mejju 2026

  • Ftuħ Uffiċjali: Il-Ħadd, 26 ta’ April 2026 fis-7:00 pm

 

Ħinijiet tal-Ftuħ

Biex nipprovdu l-aqwa aċċessibilità għall-viżitaturi kollha, il-wirja se tkun miftuħa f'dawn il-ħinijiet:

Jiem Ħinijiet
Kuljum 5:30 pm – 9:00 pm
Ħdud u Festi Pubbliċi 9:00 am – 12:30 pm
  5:30 pm – 9:00 pm

 

Gloriosae Virginis Marie - Mro. Joseph Fenech (Antifona lill-Marija Bambina tan-Naxxar)

Grazzi lit-tim qalbieni li qiegħed jaħdem f'din il-wirja b'mod speċjali lill-koordinatur tal-wirja, s-sur Anthony Deguara. 

L-aħħar aġġornament sar nhar: It-Tnejn, 20 ta’ April 2026


Aħbarijiet Riċenti

Tagħlim tal-Mużika mall-Banda Peace

Għafas fuq il-buttuna t'hawn taħt sabiex tirreġistra għal tagħlim tal-mużika professjonali minngħajr ħlas.

Wara li tirreġistra, s-Soċjeta' Mużikali Peace ser tikkuntatjak fuq id-dettalji li tkun għadek kemm irreġistrajt bihom.

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify