Il-Ħames Sibt tal-Bambina - 10 snin Anniversarju tas-Sala Marija Bambina

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Wasal Sibt iehor u dejjem qieghdin nibqaw noqorbu ghal Festa tant ghal qalbna ta' Ommna Marija Bambina. Illum 6 ta' Awwissu hija l-festa tas-Salvatur kif ukoll il-Hames Sibt tal-Festa ta' Marija Bambina. F'dan is-Sibt nixtieq infakkarkom li din is-sena minnbarra l-anniverarju tal-25 sena surmast ta' Mro.Lino Pirotta li tkellimna fuqu s-Sibt li ghadda, ser jigi mfakkar ukoll l-10 sena anniverarju mill-ftuh tas-Sala Principali tas-Socjeta' taghna - Sala Marija Bambina. 

Fl-1 ta' Settembru 2006 giet innawgurata s-sala principali "MARIJA BAMBINA" taht il-patrocinju tal-ex President ta' Malta l.E.T. Dr. Edward Fenech Adami, fejn kixef l-lapida komemorattiva u li giet imbierka mill-Arcipriet ta dak iz-zmien Kan. Dun Evan Caruana. L-artist zghazugh Silvio Pace kien responsabli mid-disinn tas-sala u li ha hsieb ukoll id-direzzjoni tax-xoghol li sar minn grupp ta' attivisti tas-Socjeta Muzikali Peace. 

Ix-xoghol kollu huwa mahdum mill-injam, filwaqt li l-iskultura giet mahduma mill-fiber. L-istess artist Silvio Pace hadem ukoll it-tnax il-lunetta tas-saqaf. Il-hitan tas-sala gew iddekorati bi tnax il-panew li huma miksija b'damask ta' kulur celesti. Fuq il-panew centrali giet irrakmata bid-deheb l-arma tas-Socjeta'. Id-damask u r-rakmu, kif ukoll zewg linef kbar u tmien brazzi tal-kristall Swarovski ingiebu kollha minn barra. It-tlett pitturi tas-saqaf ingiebu minn Franza u tpittru minn Louis Rengee. Dawn ix-xoghlijiet inhadmu fuq tila hoxna li ntisget ghal ta' l-apposta. Partijiet mill-pittura, bhall ucuh, l-idejn u l-panneggi huma mtella' b'velaturi, filwaqt li t-teknika maghrufa bhala "impasto" ntuzat f'partijiet bhal fosos fil-kuruni, fjuri, u rakmu fuq l-ilbies tal-persunaggi principali. Permezz ta' din it-teknika, l-kuluri gew aplikati mill-istoccijiet tal-kuluri u b'hekk, inholoq effett aktar imqabbez u tridimensjonali.

Ir-ricerka fuq it-tlett temi saret minn Marioriek Mifsud mghejjun minn attivisti tas-Socjeta'. L-ewwel pittura tirraprezenta lil Santa Cecilja, l-patruna tal-muzicisti, li tidher iddoqq l-orgni storiku u ferm sabih tal-Knisja Arcimatrici tan-Naxxar u li nhadem fl-1775. Jidhru wkoll xi angli b'bicca muzika f'idejhom. Dan huwa l-innu tal-Banda "La Pace" li nkiteb fl-1962 minn Mro. Joseph fl-okkazjoni ta' l-ewwel Centinarju tal-Banda. 

F'pittura ohra naraw ir-Re David jdoqq l-arpa u naghga fuq hogru. Dan il-mod pjutost uniku jfakkarna li David kien raghaj qabel ma' gie kkonsagrat r-Re ta' Israel. L-innu tal-Bambina, "O Tfajla 'Mmakulata", jidher mizmum minn zewg angli f'riglejn it-tron elaborat ta' David. Dan l-innu ferm ghaziz ghan Naxxarin, inkiteb fl-1919 mis-Surmast tal-Banda Mro. Ferdinand Camilleri sabiex jindaqq mill-Banda Peace fil-Festa. Il-pittura centrali kif jixraq naraw il-figura helwa u majestuza ta' Marija Bambina. Bhala patruna minn dejjem tan-Naxxar, narawha qed tigi pprezentata bil-bandiera tar-rahal li tikkonsisti f'salib nisrani fuq il-bandiera Maltija. Din il-bandiera flimkien mal-kliem "Prior Credidi", tfakkarna fi tradizzjoni antika li n-Naxxarin kienu l-ewwel komunita f'Malta li emmnet fit-tghalim ta' l-Appostlu Missierna San Pawl.

Fit-tlett pitturi kollha, dejjem naraw hamiem abjad jittajjar, izda quddiem il-Bambina biss naraw hamiema bajda b'fergha zebbug fil-munqar. Din hija s-simbolu tal-Paci u tas-Socjeta' li biha n-Naxxarin huma tant imkabbrin. Hawn ta' minn jesprimi s-sodisfazzjon kbir li din is-sala giet irregalata lis-Socjeta' mill-ammiraturi u soci.

Ta' dan is-Socjeta' ma tistghax ma tghidx GRAZZI kbira lil kull minn ta sehemu fix-xoghol, l-aktar lil kull min ta' kontribuzzjoni finanzjarja, ghax minnghajrhom din il-holma ma kientex issir realta.

Dawn huma il-benefatturi tal-Pitturi:

1. Pittura ta' Marija Bambina - Is-Sur Anglu Xuereb

2. Pittura ta' Re David - Is-Sur Victor Chetcuti

3. Pittura ta' Santa Cecilja - VASCAS

 

Aktar informazzjoni fuq din is-sala majestuza u tant ghal qalbna n-Naxxarin, tistaw issibuwa fuq il-Programm tal-Festa ta' din is-sena li ser ikun qieghed jitqassam fil-jiem li gejjin.

Nheggeg lin-Naxxarin kollha sabiex ittellghu l-bnadar taghhom fuq il-bjut u llejla jixghelu tubi blue, l-kulur tant ghaziz ghalina n-Naxxarin ghaliex huwa l-kulur ta' Ommna Marija Bambina.

 

L-aħħar aġġornament sar nhar: Is-Sibt, 6 ta’ Awwissu 2016