Naxxar Lions lura fl-għola diviżjoni tal-Kampjonat Malti

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Naxxar Lions wara r-rebħa li għamlu l-bieraħ kontra t-tim tas-Sirens ġew promossi fl-għola diviżjoni tal-Kampjonat lokali. It-tim Naxxari s-sena l-oħra stess kien ġie relegat fl-Ewwel Diviżjoni wara li kellu sena diffiċli ħafna fil-Kampjonat Premier, pero wara sena biss fl-Ewwel Diviżjoni, l-istess tim Naxxari reġa ġie promoss għal Kampjonat Premier. Dan kien ta' suċċess kbir għat tim Naxxari u ma kienet xejn faċli għal players u Kumitat li jżommu t-tim Naxxari fil-quċċata tal-Ewwel Diviżjoni tul l-istaġun kollhu. 

Madankollu l-bieraħ qabel il-logħba kontra s-Sirens, nngħaqdet l-Eċċ President tar-Repubblika ta' Malta, Marie Louise Coleiro Preca sabiex jiġu preżentati l-fondi kollha li nġabru mill-għaqdiet kollha tan-Naxxar fosthom is-Soċjeta' tagħna għal Nigel Spiteri. Minn hawnhekk nixtiequ nerġaw nirringrazjaw lil dawk kollha li taw il-kontribut tagħhom fil-ġbir ta' fondi.

Għaldaqstant, is-Soċjeta' Mużikali Peace tixtieq tawgura lill Nigel Spiteri kull suċċess u fejqan ta' malajr u lit-tim Naxxari għal Promozzjoni tiegħu fil-kampjonat Premier. Nħeġġeġ lill-membri u partitarji ta' din is-Soċjeta' sabiex nhar il-Ħadd 30 ta' April jitilaw l-'Victor Tedesco Stadium' fl-4:00pm sabiex tagħtu s-sapport tagħkom lit-tim Naxxari li ser ikun qed jilgħab l-aħħar logħba tal-istaġun kontra t-tim Senglean. B'rebħa kontra Senglea t-tim Naxxar jista jsir REBBIEĦ tal-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni. Dan peress li t-tim ta' Lija Athletics jinsab it-tieni post bl-istess punti mat-tim Naxxari.

Awguri Lions! - Kevin Agius

Highlights mill-istaġun tan-Naxxar Lions (Season 2016 - 2017)

Fl-isfond tal-video tinstema diska ġdida li t-tim tan-Naxxar Lions ħareġ din is-sena fl-okkażjoni tal-Promozjoni għal Premier Division

Lirika: Martin Attard

Kantanti - J Anvil u l-Players tan-Naxxar Lions FC

Recording Studio - Priscilla Psaila

Grazzi Speċjali tmur għal-Hon. Robert Cutajar MP

 

"Jien minn-Naxxar" - Diska li tfakkar il-Promozzjonijiet kollha mit-Tielet Diviżjoni għal għola Diviżjoni fil-Kampjonat Malti

Ritratt ġie meħud minn fuq il-facebook group tan-Naxxar Lions.

L-aħħar aġġornament sar nhar: L-Erbgħa, 26 ta’ April 2017