Bħal-lum 125 sena ilu (1892 - 2017)...
L-Avukat Ignazio Micallef kiteb fil-1892: “Il-Ħadd, 1 ta’ Mejju, s-Soċji kollha li qabel kienu jagħmlu ż-żewġ Soċjetajiet Filarmoniċi tan-Naxxar, ‘Melita’ (l-antika) u ‘Vittoria’ (il-ġdida), iltaqgħu fil-Każin tal-Artisti ‘La Pace’, li kien fid-dar numru 42B, Strada Santa Luċija.Huma ftehmu biex jingħaqdu f’banda mużikali waħda, taħt l-isem ta’ “Soċjetà Filarmonika La Pace”.
Ftehmu wkoll li jużaw l-istess Każin bħala skola tal-banda billi ħafna minnhom kienu membri fih. It-Tnejn, imbagħad 9 ta’ Mejju, preċiżament 125 sena ilu, għażlu bħala Surmast Direttur lis-Sur Domenico Miruzzi, mill-Belt, b’salarju ta’ tlett Liri Sterlini u għaxar xelini fix-xahar. B’hekk inkitbet paġna ġdida u glorjuża fl-istorja tal-mużika fin-Naxxar.
Is-Sibt ta’ wara, għamlu l-ewwel kunċert mużikali fl-istess każin u fil-11 ta’ Ġunju, festa tal-Madonna tad-Duttrina, il-banda ‘La Pace’ tat programm fi Pjazza Vittoria li dam sejjer mid-disgħa sal-ħdax u nofs ta’ bil-lejl.
Ħajr lil:
Edward Azzopardi għal informazzjoni u għar ritratti.
Ritratti:
L-Arma tas-Soċjeta' 'La Pace' mpittra fl-1887, mis-Surmast Direttur Naxxari Vittorio Scerri.
Mro. Domenico Miruzzi - Surmast Direttur fis-sena 1892.
L-aħħar aġġornament sar nhar: It-Tlieta, 9 ta’ Mejju 2017