Bħalissa kif forsi tafu qiegħdin jintlagħbu l-Logħob għall-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa ġewwa San Marino. Fost il-kontinġent Malti, kien hemm it-tiratur Naxxari Gianluca Chetcuti fejn in-Naxxarin isibuħ bħala t-tifel ta' 'Qaxqax'. Gianluca rebaħ il-midalja tad-deheb fid-double trap.
Gianluca kkwalifika fit-tieni post wara l-ħames rounds ta' kwalifikazzjoni fuq jumejn, b'total ta' 120 plattina minn 150 plattina. Dan ifisser li Gianluca laqat erbatax il-plattina inqas minn William Chetcuti li l-aħħar tiratur kkwalifika fl-ewwel post.
It-tiratur Naxxari kellu wirja spettakolari fejn dalgħodu Gianluca ħareġ l-aqwa tiegħu waqt il-forma eċċellenti ta' filgħodu bħal donnha abbandunat lil William li beda jispara taħt il-livell tiegħu.
It-tiratur Malti William Chetcuti sfortunatament ġie sfat eliminat (it-tielet tiratur li ġie eliminat) biex baqa' barra miż-żona tal-midalji. Pero b'determinazzjoni kbira t-tiratur Naxxari baqa' tiela' ras imbrass mat-tiratur Ċiprijot Leontios Leontiou.
Hekk kif wasal l-aħħar round bejn it-tiratur Ċiprijot u Malti, t-tiratur Ċiprijot falla plattina u żewġ pari waqt li t-tiratur Naxxari laqat disgħa biex finalment spiċċa rebbieħ tad-deheb b'69 plattina - plattina aktar miċ-Ċiprijot.
F'isem il-Kumitat u l-membri ta' din is-Soċjeta', nixtiequ nuru l-apprezament u l-ferħ tagħna lit-tiratur Naxxari Gianluca. Proset Gianluca u nawguralek għal aktar suċċess f'din il-karriera ferm għal qalbek.
Kurraġġ Gianluca u PROSET mill-ġdid!!
Ritratt: Il-familja Chetcuti wara din ir-rebħa storika għal dan iż-żgħażugħ Naxxari. PROSET!
Innu Malti
L-aħħar aġġornament sar nhar: Il-Ġimgħa, 2 ta’ Ġunju 2017