Illum is-Sibt 29 ta' Lulju ninsabu propju fir-raba' Sibt tal-Festa tant għażiża tagħna n-Naxxarin, il-Festa ta' Marija Bambina. Ninsabu ftit anqas minn xahar il-bogħod sabiex il-Banda Peace għal sena oħra tkun il-protoganista tal-Festa billi tagħti bidu għal ġranet tal-Festa u takkumpanja l-Ħruġ tal-istatwa minn-niċċa b'daqq ta' innijiet Marjani.
Nixtiequ nħeġġu lin-Naxxarin kollha sabiex ittellgħu l-bnadar tagħhom u illejla jinxtgħelu d-dwal mal-arbli sabiex nfakkru Sibt ieħor qabel il-Festa ta' Ommna Marija.
Filmat: Il-Banda Peace ddoqq l-Innu Marjan tant popolari man-Naxxarin - O' Tfajla Mmakulata
Dan huwa innu iehor li gie miktub esklusivament sabiex il-Banda Peace takkumpanja lil-istatwa titulari fil-Festa.
L-aħħar aġġornament sar nhar: Is-Sibt, 29 ta’ Lulju 2017