Insellmu l-memorja ta' Dun Ġorġ Grima

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Illum it-Tnejn 25 ta' Settembru, tħabbret il-mewt ta’ Dun Ġorġ Grima, fundatur tal-moviment “Ġesù fil-Proxxmu”. Dun Ġorġ kellu 67 sena u kien mill-parroċċa ta’ San Ġorġ tar-Rabat Għawdex.

F’dawn ir-ritatti, Dun Ġorġ jidher waqt il-kunċert “Stars for Charity” li kien sar mill-Banda Peace flimkien ma’ “AX Foundation” nhar il-Ġimgħa, 11 ta’ Diċembru, 2009, fl-MFCC f’Ta’ Qali, b’risq il-moviment li hu stess kien waqqaf.

Il-President u l-Kumitat jagħtu l-kondoljanzi lill-familja u kollaboraturi kollha ta’ Dun Ġorġ.

Agħtih o Mulej il-mistrieħ ta’ Dejjem, id-Dawl ta’ Dejjem jiddi fuqu. Ammen.

 

Filmat: Stars for Charity Promo li ġie mtellgħa fl-2009

 

L-aħħar aġġornament sar nhar: It-Tlieta, 26 ta’ Settembru 2017


Aħbarijiet Riċenti

Kalendarju tax-Xahar

  • April 2024
    ĦadTneTliErbĦamĠimSib
    31123456
    78910111213
    14151617181920
    21222324252627
    2829301234
    567891011

Mill-Arkivji

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify