Proset u Awguri lill-membru attiva fis-Soċjeta - Is-Sinjura Angela Azzopardi.

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

F'isem il-Kumitat u l-Kummissjonijiet tas-Soċjeta', nixtiequ nifirħu lis-sinjura Angela Azzopardi li hija membru attiva f'din is-Soċjeta'. Kull sena l-'Florence Nightingale Benevolent fund'  li jagħmel parti mill-Malta Union of Midwives and Nurses jorganizza preżentazzjoni sabiex jiġu preżentati preżentazzjonijiet ta' apprezament lil dawk il-membri li jkunu rtiraw mill-karriera tan-nursing. 

L-Eċċ President ta' Malta Marie-Louise Coleiro Preca rringrazjaw lin-nurses kollha li rtiraw fosthom lill-Angela, għas servizz li offrew lill-pajjiz b'modd speċjali lill familji, kommunita u nies individwali li kellhom bżonn l-għajuna ta' din l-organizazzjoni. 

Ritratt: L-Eċċ President ta' Repubblika ta' Malta Marie-Louise Coleiro tagħti tifkira ta' rikonoximent lis-sinjura Angela Azzopardi.

L-aħħar aġġornament sar nhar: It-Tnejn, 2 ta’ Ottubru 2017