Issieħeb mall-Kummissjoni Żgħażagħ

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Għeżież,

Wara il-festa li ġiet iċċelebrata f'Settembru li għadda, l-Kummissjoni Żgħażagħ fi ħdan din is-Soċjeta' kompliet bil-ħidma tagħha. Għalhekk inħasset il-ħtieġa li nġeddu din il-Kummissjoni billi nilqgħu membri u Direttur ġodda. Ix-xogħol ta' Direttur hu li jmexxi l-Kummissjoni u jirrappreżentaħa fil-Kumitat Ċentrali skond l-Istatut. Nixtieq nirringrazzja lid-Direttur preċedenti s-sur Jean Paul Muscat għas-servizz tiegħu u li ha jkompli jagħti l-għajnuna tiegħu bħala membru fl-istess Kummissjoni.

Għalhekk, dawk iz-żgħażagħ li jixtiequ jagħtu l-kontribut tagħhom b'risq din l-Għaqda ġewwa n-Naxxar, għandhom jibgħatu l-parti t'isfel ta' din l-ittra indirizzata lis-'Segretarju Kummissjoni Żgħażagħ' fuq l-indirizz muri f'din l-ittra sa; nhar is-Sibt 21 ta' Ottubru. Kull nomina trid tkun konfermi mal-istatut tas-Soċjeta' u dawk minn 18-il sena 'l fuq, jeħtieġ li jkunu Soċji Regolari.

Mill-ġdid nirringrazjaw lil dawk kollha nteressati li lesti joffru l-ħin u l-għajuna tagħhom f'din l-għaqda żgħażugħa attiva fir-raħal tagħna.

 

Agħfas fuq dan il-link sabiex tniżżel l-applikazjoni ONLINE.

Tislijiet,

Anthony Deguara

Segretarju Kumm.Żgħażagħ

PEACE BAND CLUB

Naxxar

L-aħħar aġġornament sar nhar: It-Tnejn, 2 ta' Ottubru 2017


Aħbarijiet Riċenti


Kalendarju tax-Xahar

  • Diċembru 2017
    TneTliErbĦamĠimSibĦad
    27282930123
    45678910
    11121314151617
    18192021222324
    25262728293031
    1234567

Mill-Arkivji

Ħajr lil