Kondoljanzi lill-familja Bugeja

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

F'dawn l-aħħar siegħat il-partitarji u membri ta' din is-Soċjeta' xxukjajna ruħna u ninsabu ferm ddispjaċuti bl-aħbar xejn sabiħa fejn tħabret il-mewt taż-żgħażugħ Michael. Michael kien żgħażugħ li kont dejjem taraħ b'dik it-tbissima fuq xuftejħ u kien jieħu gost jitla għal Festa ta' Marija Bambina. Dan iż-żgħażugħ qalbieni, miet fl-eta ta' 17-il sena.

Inħeġġeġ lil kulħadd iżomm lill-familjari fil-ħsieb u t-talb tagħkom bħala sapport lejn din il-familja li tant taħdem għall-festa u tħobb lis-Soċjeta' tagħna.

F'isem il-Kumitat Ċentrali u l-membri tal-Kummissjonijiet, nixtiequ nagħtu l-kondoljanzi sinċiera tagħna lill-familja Bugeja f'dan il-mument ferm diffiċli. Kurraġġ! 

Strieħ fis-sliem ħabib!

Agħtiħ O Mulej il-mistrieħ ta' dejjem...

 

L-aħħar aġġornament sar nhar: Il-Ġimgħa, 15 ta’ Diċembru 2017


1 
Kevin Agius - Naxxar
15 Diċembru 2017 06:51 PM
Jiddispjecini hafna tat-telfa li ggarabtu! Kuragg!! Ninsab cert li Micheal ser ikun ihariskhom minn hemm fuq! Kondoljanzi lill-familja Bugeja!
Tessie Farrugia - Bormla
15 Diċembru 2017 07:39 PM
Kondoljanzi lill-familja ta' Michael specjalment lil ommu Gina u missieru Salvu. Il-Mulej jaghtih il-mistrieh ta' dejjem.
Gina bugeja - Naxxar
16 Diċembru 2017 12:10 AM
Grazzi hafna tal hsieb taghkhom f'dan il mument tragiku. Gina Bugeja