Ninsabu biss ftit ġranet il-bogħod għaż-żminijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa, fejn għal ħafna persuni, dan iż-żmien iqisuħ bħala l-isbaħ żmien tas-sena'. Din is-sena s-Soċjeta' tagħna bħal kull sena oħra ser terġa tkun impenjata b'diversi attivitajiet fosthom, bi Programm ta' Marċi Funebri li sar nhar l-Erbgħa 21 ta' Marzu. Wara dan il-Programm, ġiet innawgurata l-wirja ta' Mudell ta' Knisja u diversi xogħlijiet artistiċi marbuta mal-Ġimgħa Mqaddsa fis-Sala tal-Mużew.
Ftuħ tal-Wirja
Fost il-Ġimgħa' |
18:00 - 21:00 |
Nhar is-Sibt |
17:00 - 21:00 |
Ħadd il-Palm |
08:30 - 12:00
17:00 - 21:00 |
Ħamis ix-Xirka |
18:00 - 23:00 |
Ġimgħa l-Kbira |
08:30 - 12:00 |
Bħal kull sena b'unur u privileġġ kbir, il-Banda Peace ser tkun qiegħda tagħti s-sehem tagħha wkoll fil-Ġimgħa l-Kbira u Ħadd il-Għid. Il-Banda Peace, ser takkumpanja l-Vara l-Kbira matul il-Purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira, u ser takkumpanja lill-istatwa artistika ta' Kristu Rxoxt f'Ħadd il-Għid.
F'isem il-Kumitat u l-Kummissjonijiet tas-Soċjeta' nixtiequ nħeġġu lis-soċji u dilettanti tal-Ġimgħa l-Kbira sabiex jattendu għal l-attivitajiet msemmija. Grazzi.
Din is-sena erġajna ħadna l-opportunita' u xxandarna xandira diretta mis-Sala Marija Bambina lin-nies li huma membri fil-Facebook Page tas-Soċjeta'.
Live Streaming tal-Kunċert ta' Marċi Funebri
L-aħħar aġġornament sar nhar: It-Tnejn, 26 ta’ Marzu 2018