Ma ninsewk qatt Colin. Strieħ fis-sliem ħabib.

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Aġġornament fuq il-Funeral - 1 ta' Ġunju:

Nixtiequ ninfurmawkom li l-funeral tal-qatt minsi Colin Muscat ser isir nhar it-Tlieta 5 ta' Ġunju fit-3:30pm fil-Paroċċa tal-Mosta. Uħud mill-bandisti tal-Banda Peace ser jingħaqdu f'mass band bejn ħafna bandisti u baned.

Aġġornament - 26 ta' Mejju:

B'dispjaċir u sogħba kbira nħabbru l-mewt ta' seħibna Colin Muscat. Colin miet fl-eta' ta' 36 sena wara l-inċident sfortunat li seħħ nhar is-Sibt 26 ta' Mejju wara nofsinhar fil-kumpless tal-Għaqda Piroteknika 11 ta' Frar ta' San Ġwann. 

Il-Kumitat tas-Soċjeta' Mużikali Peace jagħti l-kondolajnzi lill-familjari u l-qraba ta' seħibna Colin. 

Agħtiħ O Mulej il-Mistrieħ ta' dejjem.....

Strieħ fis-sliem ħabib!

 

 

 

 

L-aħħar aġġornament sar nhar: Il-Ġimgħa, 1 ta' Ġunju 2018