Tinġabar is-somma sabiħa ta'  €2135 għal Puttinu Cares waqt l-Programm Vokali u Strumentali 'Future

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Nhar il-Gimgha 1 ta' Gunju fis-7:30pm, Ally-El Entertainment ttellaw dan il-Programm Muzikali b'kollaborazjoni mall-Banda Peace gewwa l-Kullegg ta' San Benedittu f'Hal-Kirkop sabiex jingabru fondi b'risq Puttinu Cares. Waqt dan il-Programm Muzikali ndaqqu u tkantaw aktar minn 22 il-kanzunetta kemm Maltin kif ukoll kanzunetti popolari. Il-Banda Peace kienet taht il-bakketta tal-Assistent Surmast Mro. Joseph Chircop, filwaqt li s-Surmast Direttur Mro.Lino Pirotta nnghaqqad bhala muzicist mall-banda Peace f'din is-serata formidabli. Waqt din is-serata kien hemm ukoll Mro.Joe Brown li akkumpanja l-Banda Peace bid-daqq tal-pjanu. 

Matul il-Programm ingabbret is-somma sabiha ta' € 2135 li nghataw kollha lill-Puttinu Cares waqt is-serata.

F'isem il-Kumitat Centrali, nixtiequ nghidu proset liz-zghazagh kantanti u l-muzicisti li taw il-kontribut taghhom matul din is-serata mill-isbah.

Sabiex taraw ir-ritratti, ghafsu fuq dan il-link: http://www.bandapeacenaxxar.com/galleryitems.aspx?id=432

L-aħħar aġġornament sar nhar: Il-Ħadd, 17 ta' Ġunju 2018