FESTA: Waslet il-Festa... Id-Djarju tal-FESTA 2018

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Illum qiegħdin nippublikaw id-djarju uffiċjali tal-attivitajiet kollha tas-Soċjeta' Mużikali Peace fil-Festa 2018 fejn fih aktar minn 10 attivitajiet. L-attivitajiet ser jibdew fit-25 ta' Awwissu b'Ikla kbira għall-familja kollha u tispiċċa nhar it-8 ta' Settembru fejn il-Banda Peace b'unur u privileġġ kbir ser tkun qiegħda takkumpanja l-istatwa artistika u devota ta' Marija Bambina waqt il-purċissjoni kollha bl-Innijiet Marjani tant sbieħ u popolari man-Naxxarin. 

F'isem il-Kumitat Ċentrali u l-Kummissjonijiet tas-Soċjeta', nixtiequ nħeġġu lill-partitarji, ħbieb u bandisti sabiex jattendu għal dawn l-attivitajiet kollha. 

Grazzi u żżommu ruħkom aġġornati ma' din il-paġna għal aktar tagħrif.

Id-diska uffiċjali tas-Soċjeta' Mużikali Peace bl-isem "Soċjeta' Peace"

L-aħħar aġġornament sar nhar: L-Erbgħa, 8 ta’ Awwissu 2018