Approvati u Appuntati l-karigi l-ġodda tal-Kumitat Eżekutiv 2019 - 2021

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Wara s-seduta Ġenerali li saret nhar il-Ħadd 10 ta' Marzu fis-Sala Marija Bambina fejn ġew eletti u maħtura l-membri tal-Kumitat Ċentrali, nhar it-Tnejn 18 ta' Marzu saret l-ewwel laqgħa tal-Kumitat Ċentrali fejn ġew deċiżi u approvati l-karigi l-ġodda ta' dan il-Kumitat. 

Is-Soċjeta' tagħna tagħti merħba lis-sur Anthony Deguara u lis-sur Franco Frendo li ġew eletti għall-ewwel darba f' dan il-Kumitat Ċentrali. Is-sur Anthony Deguara ser ikun fil-kariga ta' Direttur Żgħażagħ, filwaqt lis-sur Franco Frendo ser ikun fil-kariga ta' Ko-ordinatur Sezzjoni Tfal u Addoloxenti.

Nixtiequ għal darb oħra nifirħu lill-President il-ġdid tas-Soċjeta', s-sur Edward Azzopardi u lill-Viċi l-President il-ġdid, s-sur Anthony Cauchi. Nifirħu wkoll lis-sur Clifford Galea Vella Maslennikov għal kariga ġdida tiegħu bħala Viċi President  tar-Relazzjonijiet Pubbliċi.

Nieħdu l-opportunita' sabiex nirringrazjaw minn qalbna lill-President Onorarju Dr. Martin Fenech tax-xogħol siewi li dejjem għamel lejn din is-Soċjeta'. 

Fl-aħħar u mhux lanqas, nixtiequ nirringrazjaw lill-membri kollha tal-Kumitat Ċentrali tad-dedikazzjoni tagħhom f'xogħlom sabiex b'mod kolletiv nibqaw ngħollu l-isem tas-Soċjeta' tagħna dejjem l-fuq mal-quċċata tal-baned Mużikali f'pajjiżna. Grazzi mill-qalb.

Dawn huma l-karigi uffiċjali tal-membri tal-Kumitat Ċentrali 2019 - 21. 

 

Filmat: Id-Diska Soċjeta' Peace

 


Ritratt: Dan ir-ritratt ġie meħud wara s-Seduta Ġenerali tal-10 ta' Marzu 2019.

 

L-aħħar aġġornament sar nhar: It-Tnejn, 25 ta’ Marzu 2019


Aħbarijiet Riċenti

Kalendarju tax-Xahar

  • Jannar 2025
    ĦadTneTliErbĦamĠimSib
    2930311234
    567891011
    12131415161718
    19202122232425
    2627282930311
    2345678

Mill-Arkivji

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify