Ringrazzjament u Apprezament - Tberik tal-Annimali b'kollaborazjoni mall-Kunsill Lokali

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Nhar il-Ħadd, 31 ta' Marzu ġiet organizzata attivita' mill-Kummissjoni Żgħażagħ tas-Soċjeta' Mużikali Peace b'kollaborazjoni mall-Kunsill Lokali tan-Naxxar. Fl-10:00 ltqajna llkoll flimkien fejn il-Kappella ta' San Ġakbu (ex-Trade Fair grounds); wara saret dimostrazzjoni ta' annimali domestiċi u bhejjem sal-pjazza fejn sar it-tberik mill-Arċipriet Dun David Gauci. Nixtiequ nirrangrazjaw lis-Sindku AnnMarie Muscat Fenech Adami tal-kontribut tagħha f'din l-attivita u lill-Arċipriet Dun David Gauci tas-sehem tiegħu f'din l-attivita'. Din id-dimonstrazzjoni ġiet akkumpanjata minn-Naxxar Scouts Group. Wara t-tberik, fil-Pjazza kien hemm wirjiet mill-klieb tad-Dwana u mill-klieb u żwiemel tal-Puluzija. Wara din l-attivita' ngħatat tifkira sabiħa lil kull parteċipant. 

Apprezzament: Il-Kummissjoni Żgħażagħ tirringrazzja lilkom li għoġobkom tattendu w tipparteċipaw għal attivita tat-Tberik tal-Annimali fin-Naxxar. L-istess Kummissjoni tirringrazzja mill-Qalb lil:

President, Segretarju, Kumitat Ċentrali, Kummissjonijiet -
Soċjeta' Mużikali Peace 
Kunsill Lokali Naxxar, Sindku,Kunsilliera, Segretarju, Impjegati
Parroċċa Marija Bambina, Rev. Arċ. Dun David Gauci 
Naxxar Scouts Group 
Korp tal-Pulizija ta' Malta - Sezzjoni taż-Żwiemel u Klieb
Id-Dwana ta' Malta - Sezzjoni tal-Klieb
Otto Clubhouse
Animal Welfare Directorate 
The Island Sanctuary Malta 
Transport Malta 
Clifford Galea - Preżentatur
Kevin Agius - Aġġornament Kontinwu fuq Media Soċjali
Gayle Chetcuti, Picturing Memories għal teħid ta' Ritratti
Lil dawk kollha li ħadmu wara l-kwinti.

Sponsors Uffiċjali:
Borg Cardona Ltd.
Sur Marlon Brincat 
Sinjura Ann Marie Muscat Fenech Adami 
Sur Pierre Scberras 
Sur Christopher Deguara 
Sur Ivan Gaffiero

Ħajr lis-Sidien tal-Pets u Żwiemel li għoġobhom jipparteċipaw bi ħġarhom.

Niskużaw ruħna għal kull inkonvinjent li seta' nħoloq fejn saret l-attivita lir-residenti u lil Pubbliku nġenerali.

Fl-aħħar nett nittamaw li kienet attivita ġdida f'raħalna li ħalliet il-frott biex jgawdi ir-raħal tan-Naxxar. Bħala Soċjeta' se nkomplu bil-ħidma tagħna ħalli l-isem tas-Soċjeta Mużikali Peace u tan-Naxxar ikomplu jgħolew 'l fuq. Grazzi lil Kulħadd


 

Għafas hawn sabiex taraw xi ritratti mill-attivita' tal-bieraħ.
L-aħħar aġġornament sar nhar: It-Tnejn, 1 ta’ April 2019


Aħbarijiet Riċenti

Kalendarju tax-Xahar

  • Jannar 2025
    ĦadTneTliErbĦamĠimSib
    2930311234
    567891011
    12131415161718
    19202122232425
    2627282930311
    2345678

Mill-Arkivji

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify