Restawr ta’ tlett pitturi storiċi, nhar il-Ġimgħa, 3 ta’ Mejju, 2019 fis-7:30pm fis-sede tas-Soċjetà Mużikali Peace tan-Naxxar. Nhar is-Sibt, 4 u l-Ħadd, 5 ta’ Mejju ħa ssir Open Weekend biex dawn il-pitturi msemmija jkun għall-wiri għall-pubbliku inġenerali. Din l-attivita' ser issir bis-sehem ta' Sur. Roderick Abela (Direttur ReCoop Ltd), Rev. Gino Gauci (Universita' ta' Malta), u Mro. Lino Pirotta (Intervent Mużikali).
Dan il-proġett sar wara li ngħataw fondi mill-Ministeru tal-Kultura b'konġunzjoni mal-Malta Arts Fund u l-Għaqda Każini tal-Banda.
Hekk kif beda l-proċess ta’ restawr, irriżulta li l-artist ma kien ħadd ħlief il-pittur magħruf Franċiż Antoine de Favray (1706 – 1798).
Favray wasal Malta fl-1744 u baqa’ f’pajjiżna sakemm miet, ħlief għal disa' snin (1762-1771) meta kien f’Kostantinopoli.
Bi pjaċir inħabbru l-ewwel żjara tal-E.T. il-President ta’ Malta Dott. George Vella fil-Belt tan-Naxxar. Il-President ħa jippresjedi l-inawgurazzjoni tar-restawr ta’ pitturi tal-artist ċelebri Antoine de Favray, fis-Sede tas-Soċjetà tagħna Peace, nhar il-Ġimgħa, 3 ta’ Mejju.
PROGRAMM:
7:30 pm L-E.T. l-President ta' Malta Dott. George Vella jasal fin-Naxxar u jintlaqa bl-Innu Malti.
8:00pm Introduzzjoni mis-Segretarju Matthew Pullicino.
• Intervent mużikali mis-Surmast Direttur Lino Pirotta.
• Diskors mis-Sur Anthony Deguara fuq il-Kappella tal-Każin.
• Inawgurazzjoni ta' żewġ pitturi.
• Intervent mużikali mis-Surmast Direttur Lino Pirotta.
• Diskors mis-Sur Roderick Abela (Direttur ReCoop Ltd) fuq l-intervent ta' restawr.
• Inawgurazzjoni tal-kwadru titulari mill-E.T. l-President.
• Intervent mużikali mis-Surmast Direttur Lino Pirotta.
• Diskors minn Dun Rev. Gino Gauci (Università ta’ Malta) fuq Antoine De Favray
• Preżentazzjonijiet
• Diskors tal-egħluq mill-E.T. l-President ta' Malta
9:00pm Riċeviment
Okkażjoni li kull min iħobb l-arti, l-kultura u l-wirt ta’ pajjiżna, m’għandux jitlef.
Kulħadd mistieden jattendi għal dan l-avveniment kulturali, kif ukoll biex nagħtu merħba kif jixraq lill-Eċċellenza Tiegħu fis-7:30pm.