Tinstab mużika storika u ta' valur kbir fis-Soċjetà

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Tissokta l-ħidma mill-Kummissjoni Banda fl-Arkivju tas-Soċjetà, fejn qed tinstab mużika storika u ta’ valur kbir, kompożizzjonijiet ta’ Surmastrijiet magħrufa. Riċentament għadhom kif instabu sett valzi ta’ Mro.Antonio Miruzzi (1867 – 1944). Miruzzi twieled il-Furjana u għex u miet il-Ħamrun. Kellu ħafna minn xogħlijietu li ġew ippremjati f’konkorsi internazzjonali u saħansitra ġew ippubblikati. Kien Surmast Direttur ta’ bosta baned u għalliem kapaċi u magħruf. Wara l-festi tal-Ġimgħa Mqaddsa, ikompli  x-xogħol biex dawn il-valzi jerġgħu jibdew jitgawdew mill-ġdid.

Is-Soċjetà Mużikali Peace trodd ħajr lill-Membri ħabrieka tal-Kummissjoni Banda għall-ħidma imprezzabbli tagħhom biex inkomplu nippresservaw dan il-wirt għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin.

L-aħħar aġġornament sar nhar: Il-Ġimgħa, 12 ta' April 2019


1 
Michael - Mosta
13 April 2019 07:26 PM
Artiklu ta interess

Niċċelebraw l-10 sena Anniversarju tas-sit www.bandapeacenaxxar.com
Wirja ta' Arti bil-kollaborazjoni tal-Kunsill Lokali. 20 - 22 ta' Diċembru