Is-Sitt Sibt tal-Festa ta' Ommna Marija Bambina

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Illum is-Sibt 10 t'Awwissu qiegħdin niċċelebraw is-sitt Sibt tal-Festa ferm għażiża tagħna ta' Ommna Marija Bambina. F'dan is-Sibt nixtiequ nfakkru l-100 sena anniversarju minn meta nkitbet il-kompożizzjoni mill-isbaħ tal-Innu ferm Popolari tal-Bambina 'Cantico alla Beata Vergine', magħruf aħjar magħna bħala 'O Tfajla Mmakulata'. Kompożizzjoni mużikali mill-isbaħ ta' Mro. Ferdinando Camilleri li kien surmast tal-Banda Peace (dak iż-żmien Banda La Pace) mis-sena 1917 - 1922. L-istess kompożitur u surmast Mro. Ferdinando Camilleri ikompona l-innu sabiex ikun jista jindaqq mill-Banda Peace matul il-Festa ta' Ommna Marija Bambina fin-Naxxar. Skond riċerka ntensiva tas-Soċjeta' tagħna, sibna dokumenti li juru li dan l-innu ġie miktub propju fis-sena 1919 u indaqq għal-ewwel darba f'nhar il-Festa ta' dik is-sena. Minn dakinhar il-quddiem il-Banda Peace baqgħet iddoqq dan l-Innu matul il-Festa ta' Ommna Marija Bambina, b'mod speċjali fil-Ħruġ minn-Niċċa (28 ta' Awwissu), u f'nhar il-Festa (8 ta' Settembru). 

Mro.Ferdinando Camilleri
Mro.Ferdinando Camilleri. Surmast tal-Banda La Pace' mis-sena 1917-1922

 

L-Innu Cantico alla Beata Vergine (O'Tfajla Mmakulata)

Is-Soċjeta' ħasset il-ħtieġa li terġa tirrekordja dan l-Innu bis-sehem tal-Banda Peace u l-kor 'The New Choral Singers'.

L-aħħar aġġornament sar nhar: Is-Sibt, 10 ta’ Awwissu 2019


Aħbarijiet Riċenti

Kalendarju tax-Xahar

  • Ġunju 2025
    ĦadTneTliErbĦamĠimSib
    25262728293031
    1234567
    891011121314
    15161718192021
    22232425262728
    293012345

Mill-Arkivji

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify

Tagħlim tal-Mużika mall-Banda Peace

Għafas fuq il-buttuna t'hawn taħt sabiex tirreġistra għal tagħlim tal-mużika professjonali minngħajr ħlas.

Wara li tirreġistra, s-Soċjeta' Mużikali Peace ser tikkuntatjak fuq id-dettalji li tkun għadek kemm irreġistrajt bihom.