Il-Festa t-Tajba lin-Naxxarin kollha

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Il-President u l-Kumitat flimkien mal-Membri tal-Kummissjonijiet u Bandisti tas-Soċjeta' Mużikali Peace jawguraw il-Festa t-Tajba lin-Naxxarin kollha 💙

🕰 Fil-11:30am, nixtiequ nħeġġu liż-Żgħażagħ u l-Partitarji tas-Soċjeta' Mużikali Peace sabiex jinngħaqdu llkoll magħna fil-Pjazza f'Attivita' Soċjali sabiex niċċelebraw llkoll flimkien nhar il-Festa. 

Żagħżugħa Jien - Nicole Frendo

🕰 Illejla b'UNUR u PRIVILEĠĠ kbir il-Banda Peace ser takkumpanja l-istatwa artistika u devota ta' Marija Bambina. Il-Banda Peace ser tkun qiegħda ddoqq matul il-PURĊISSJONI bl-innijiet tant sbieħ u popolari man-Naxxarin. X'ħin l-istatwa tasal fil-Pjazza, l-poplu huwa mħeġġeġ jieħu sehem fil-kant tal-innijiet waqt li l-BANDA PEACE ssellem lill-Bambina bl-Ave Marija tas-Surmast Ġużeppi Fenech minn fuq il-planċier.

'O Tfajla Mmakulata' - Mro. Ferdinando Camilleri

Dan huwa l-innu popolari tal-Bambina fin-Naxxar bl-isem "O Tfajla Mmakulata". Dan l-innu ġie miktub mill-qatt minsi Mro. Ferdinando Camilleri li kien surmast tal-Banda Peace (dak iż-żmien Banda La Pace) mis-sena 1917-1922. L-istess surmast kiteb dan l-Innu sabiex ikun jista jindaqq mill-Banda Peace fil-Festa ta' Marija Bambina ġewwa n-Naxxar. Dan ifisser li dan l-innu ilu miktub madwar 94 - 99 sena ilu.

GRAZZI MILL-QALB ...

L-aħħar aġġornament sar nhar: Il-Ħadd, 8 ta’ Settembru 2019


Aħbarijiet Riċenti

Kalendarju tax-Xahar

  • Ġunju 2025
    ĦadTneTliErbĦamĠimSib
    25262728293031
    1234567
    891011121314
    15161718192021
    22232425262728
    293012345

Mill-Arkivji

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify

Tagħlim tal-Mużika mall-Banda Peace

Għafas fuq il-buttuna t'hawn taħt sabiex tirreġistra għal tagħlim tal-mużika professjonali minngħajr ħlas.

Wara li tirreġistra, s-Soċjeta' Mużikali Peace ser tikkuntatjak fuq id-dettalji li tkun għadek kemm irreġistrajt bihom.