Aħbarijiet riċenti

[76-80] minn 455 artikli
<
>

Inżejnu Djarna Nixgħelu Beltna

Il-Kumitat tas-Soċjeta' jħeġġeġ lin-Naxxarin kollha sabiex jarmaw il-faċċata tad-dar tagħhom sabiex nagħtu bidu għal Festa għażiża għalina.

Covers tal-Mobile - Festa 2023

Il-Kummissjoni Żgħażagħ fi ħdan is-Soċjeta' qiegħdin ibiegħu 'covers' tal-mobile li huma kompatibbli għal kwalunkwe mobile. Hemm tlett tipi ta' 'covers' li huma (1) Bi xbieha tal-istatwa titulari ta' Marija Bambina fl-isfond tidher il-Faċċata ta' Palazzo Vittoria; (2) bl-emblema tas-Soċjeta'; jew (3) bi xbieha tal-istatwa titulari ta' Marija Bambina ġewwa l-knisja. €20 donazzjoni ta' kull 'cover'. 

Sħubija Sala tal-isnooker

𝗦ħ𝘂𝗯𝗶𝗷𝗮 𝗦𝗮𝗹𝗮 𝗦𝗻𝗼𝗼𝗸𝗲𝗿, minn nhar il-Ħadd filgħodu f'OTTO Clubhouse. Bħala introduzzjoni qed noffru din is-sħubija għal donazzjoni ta' €𝟮𝟱 u li tkun 𝘃𝗮𝗹𝗶𝗱𝗮 𝘀𝗮 𝗗𝗶𝗰̇𝗲𝗺𝗯𝗿𝘂 𝟮𝟬𝟮𝟰.Permezz ta' 𝘤𝘢𝘳𝘥 li tingħata inti jkollok aċċess għal din is-Sala u l-użu tal-mejda professjonali 𝗥𝗮𝘀𝘀𝗼𝗻 𝗠𝗮𝗴𝗻𝘂𝗺 𝗜𝗜, b'𝘩𝘦𝘢𝘵𝘦𝘳𝘴 taħt il-lavanja mixgħulha 24 siegħa kuljum u arja kundizzjonata.

Polo Shirts irrakkmati għall-Bejgħ

Il-Kummissjoni Żgħażagħ tixtieq tinforma lill-partitarji li ser jinħadmu sett ġdid ta' Polo Shirts irrakkmati. Għall-ordinijiet ċemplu fuq 9971 2956 jew minn OTTO Clubhouse. 

Rinovazzjoni tas-Sala tal-isnooker tasal fi tmiema

Matul dawn l-aħħar xhur minn attenda l-każin seta' jingħota li bħalissa għaddejin bosta proġetti ta' rinovazzjoni fosthom il-proġett tas-Sala tal-isnooker. Bħalissa għaddejin l-aħħar ftit xogħlijiet f'din is-sala sabiex terġa tiġi nnawgurata nhar il-Ħadd 14 ta' Mejju.

Aktar instrumenti lesti sabiex jintużaw minn studenti ġodda

Aktar strumenti lesti sabiex jintużaw mill-istudenti ġodda wara manutenzjoni estensiva fuqhom. Il-missjoni prinċipali tas-Soċjetà tagħna hija li noffru tagħlim tal-mużika b’xejn. Jekk tixtieq tgħin b’mod finanzjarju sabiex inkomplu din il-ħidma nitolbuk tkellimna. 𝗚𝗿𝗮𝘇𝘇𝗶.

[76-80] minn 455 artikli
<
>
 

Aħbarijiet Riċenti

Kalendarju tax-Xahar

  • June 2025
    SunMonTueWedThuFriSat
    25262728293031
    1234567
    891011121314
    15161718192021
    22232425262728
    293012345

Mill-Arkivji

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify