Aħbarijiet riċenti

[81-85] minn 455 artikli
<
>

Aktar instrumenti lesti sabiex jintużaw minn studenti ġodda

Aktar strumenti lesti sabiex jintużaw mill-istudenti ġodda wara manutenzjoni estensiva fuqhom. Il-missjoni prinċipali tas-Soċjetà tagħna hija li noffru tagħlim tal-mużika b’xejn. Jekk tixtieq tgħin b’mod finanzjarju sabiex inkomplu din il-ħidma nitolbuk tkellimna. 𝗚𝗿𝗮𝘇𝘇𝗶.

L-Għid it-Tajjeb lil Kulħadd!

Il-Kumitat Ċentrali flimkien mall-Kummissjonijiet tas-Soċjeta' Mużikali Peace jixtiequ jawguraw l-Għid it-Tajjeb lilek u lill-familja kollha tiegħek. Infakkrukhom li l-banda Peace ser tkun qiegħda tagħti s-sehem tagħha matul il-purċissjoni ta' Kristu Rxoxt b'daqq ta' marċi brijjużi u valzi mat-toroq Naxxarin. Il-Banda Peace ser tibda ddoqq mill-pjazza wara l-quddies tal-5:00pm

Insellmu l-Memorja ta' Mons. Richard Borg

Illum il-Ħamis 6 t'April b'dieqa u dispjaċir kbir ġiet mħabbra l-mewt ta' Mons. Richard Borg, Direttur Spiritwali, Membru Onorarju u Benefattur tas-Soċjeta' Mużikali Peace, Naxxar. Żgur li ser jibqa mfakkar għal kontribut tiegħu lejn din is-Soċjeta' fosthom fil-lirika tal-Kantata 'L-Għanja tal-Paċi' u ħafna aktar. Mons. Richard Borg jibqa mfakkar ukoll bħala wieħed mill-ewwel Kanonċi fil-Kolleġġjata ta' Marija Bambina fin-Naxxar. 

Ikel ta' Żmien il-Ġimgħa Mqaddsa

Il-Kummissjoni Żgħażagħ ser ikunu armati quddiem il-każin b'ikel tradizzjonali Malti li normalment insibu f'dawn iż-żminijiet. Għalhekk inħeġġukom sabiex taslu wasla sal-'istands' tagħna.

Xogħol ta' Manutenzjoni fis-Sala tal-isnooker

Nifirħu lill-Atleti Maltin fosthom lil Anne Marie Azzopardi

Niffirħu lill-atleti Maltin li rebħu midalji għal Malta, f’Katalunja, Spanja, b’mod speċjali lil 𝗔𝗻𝗻𝗲 𝗠𝗮𝗿𝗶𝗲 𝗔𝘇𝘇𝗼𝗽𝗮𝗿𝗱𝗶 li rebħet midalja tal-fidda fl-għawm. Prosit u awguri!

[81-85] minn 455 artikli
<
>
 

Aħbarijiet Riċenti

Kalendarju tax-Xahar

  • June 2025
    SunMonTueWedThuFriSat
    25262728293031
    1234567
    891011121314
    15161718192021
    22232425262728
    293012345

Mill-Arkivji

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify