Aħbarijiet riċenti

[146-150] minn 463 artikli
<
>

Reġistrazzjoni tas-Soċji 2021 minn nhar il-Ħadd, 6 ta' Diċembru 'l quddiem

Minn nhar il-Ħadd, 6 ta' Diċembru, l-membri tal-Kumitat Ċentrali ser ikunu qiegħdin f'OTTO Clubhouse sabiex tkunu tistaw tirreġistraw bħala Soċji għas sena 2021. Għalhekk inħeġġukom sabiex minn nhar il-Ħadd 6 ta' Diċembru l-quddiem taslu wasla sa' OTTO Clubhouse sabiex iġġeddu t-tessera tagħkom jew tissieħbu għal ewwel darba mal-ewwel banda Naxxarijja.

Larinġ ta' Malta għall-bejgħ mill-Każin

Il-membri tal-Kummissjoni Żgħażagħ fi ħdan is-Soċjeta' għal sena oħra ser ikunu qiegħdin ibiegħu l-larinġ ta' Malta kull nhar ta' Ħadd mis-7:00am 'l quddiem minn ġol-każin. Għal ordnijiet tistaw tikkuntatjaw lis-sur Christian Zammit fuq 7922 1224.

Bejgħ ta' Poinsettia b'risq il-Proġetti tal-Każin

Dan il-Milied, ordna l-Poinsettia tiegħek mis-Soċjeta' Mużikali Peace u tkun qiegħed tgħin biex is-Soċjeta' tkompli twettaq proġetti ġodda u tkompli tkabbar il-kwalita fit-tagħlim tal-mużika b'xejn. Grazzi

Jibda x-xahar t'Ottubru ddedikat lill-Madonna tar-Rużarju

Ix-xahar t'Ottubru beda' u għal ħafna devoti tal-Madonna, x-xahar ta' Ottubru huwa dejjem wieħed speċjali għaliex huwa x-xahar ddedikat lill-Madonna tar-Rużarju. Għalhekk, huma bosta nies li matul ix-xahar t'Ottubru jagħżlu li jesprimu d-devozjoni Marjana tagħhom permezz tat-talba tar-Rużarju.

 

Ingħaqdu Magħna - Kummissjoni Żgħażagħ

Il-Kummissjoni Żgħażagħ tixtieq tinforma lil dawk iż-żgħażagħ kollha bejn is-sittax u l-ħamsa u tletin sena sabiex jissieħbu f'din il-familja żagħżugħa tal-Kummissjoni Żgħażagħ. Nixtiequ ninfurmawkhom lis-Soċjeta' qiegħda tfittex żgħażagħ minn oqsma differenti sabiex jingħaqdu magħna ħalli llkoll flimkien nagħtu l-kontribut lill-Kummissjoni f'diversi attivitajiet u proġetti li ser isiru matul din is-sena. Is-Soċjeta' bħalissa qiegħda tilqa' l-applikazzjonijiet ta' dawk iż-żgħażagħ kollha li huma nteressati.

Riċerka għal ritratti minngħand l-ammiraturi tas-Soċjeta'

Il-Festa għaddiet bħal leħħa ta' berqa! Għalkemm din is-sena, faqqet din il-pandemijja globali, s-Soċjeta' tagħna xorta għamlet milli tista sabiex torganizza Festa virtwali billi organizzat sensiela ta' ħames xandiriet diretti bl-isem Bandiera Blu. 

[146-150] minn 463 artikli
<
>
 

Aħbarijiet Riċenti

Kalendarju tax-Xahar

  • September 2025
    SunMonTueWedThuFriSat
    31123456
    78910111213
    14151617181920
    21222324252627
    2829301234
    567891011

Mill-Arkivji

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify

Tagħlim tal-Mużika mall-Banda Peace

Għafas fuq il-buttuna t'hawn taħt sabiex tirreġistra għal tagħlim tal-mużika professjonali minngħajr ħlas.

Wara li tirreġistra, s-Soċjeta' Mużikali Peace ser tikkuntatjak fuq id-dettalji li tkun għadek kemm irreġistrajt bihom.