Aħbarijiet riċenti

[221-225] minn 463 artikli
<
>

Is-sur Edward Azzopardi maħtur bħala PRESIDENT ġdid tas-Soċjeta' Mużikali Peace

Illum il-Hadd 10 ta' Marzu, waqt Seduta Ġenerali, fis-sala Marija Bambina, s-sur Edward Azzopardi ġie maħtur President tas-Soċjeta' Mużikali Peace. Tul dawn l-aħħar snin, is-sur Edward Azzopardi kien jifforma parti mill-Kumitat Ċentrali, riċentament bħala Viċi President.

Osculum Proditionis "Il-Bewsa tat-Tradiment" - Tnedija ta' CD Ġdida tal-Marċi Funebri

Il-Banda Peace qiegħda tniedi CD ġdida ta' Marċi Funebri bl-isem "Osculum Proditionis" li tfisser "Il-Bewsa tat-Tradiment". F' din ic-CD nisimaw sett ta' Marċi Funebri mill-isbaħ miktubin minn kompożituri lokali fosthom insibu marċi miktubin riċenti u oħrajn li nkitbu bosta snin ilu u li l-maġġornaza tagħhom nkitbu minn Surmastrijiet li kienu parti mill-istorja kbira tal-Banda Peace tan-Naxxar.

Restawr fuq tlett pitturi storiċi

Din is-sena s-Soċjetà tagħna ibbenefikat minn fond immexxi mill-Għaqda Każini tal-Banda u l-Kunsill Malti għall-Arti biex isir xogħol ta’ restawr fuq tlett pitturi storiċi li jmorru lura għas-seklu 18.

Avviż: Restawr tal-Istandard Prim

Is-Soċjeta' tagħna li għanda l-fuq minn 150 sena, dejjem għamlet mill-aħjar sabiex tieħu ħsieb li jsir ir-restawr tal-armar uniku u prestiġjuż li ħallew missierijitna fis-Soċjeta' tant għażiża għalina. Bħalissa għaddej r-restawr tal-istandard prim tas-Soċjeta. Dan l-istandard irrakkmat bl-arma tas-Soċjeta', sar fl-1987 fl-anniversarju tal-125 sena. Ix-xogħol ta' restawr jikkonsisti fi trasport tar-rakkmu, drapp, frenża tad-deheb, ċoff u ġmiemen ġodda, u għandu jitlesta sal-Festa li ġejja. Għalhekk qiegħdin inħeġġu lill-dawk kollha li jixtiequ jagħtu l-kontribut b'risq dan il-proġett billi nitlobkom tavviċinaw xi Membru tal-Kumitat Ċentrali. 

GRAZZI MILL-QALB!!

The Malta Snooker Open Competition - 5-19 ta' Jannar 2019

Awguri mingħand is-Soċjeta' Mużikali Peace, Naxxar

F'Isem il-President u l-Kumitat Ċentrali tas-Soċjeta' Mużikali Peace, nixtieq nawguralkom Milied Hieni u Sena mimlija Ġid, Hena, Paċi u Saħħa.

[221-225] minn 463 artikli
<
>
 

Aħbarijiet Riċenti

Kalendarju tax-Xahar

  • September 2025
    SunMonTueWedThuFriSat
    31123456
    78910111213
    14151617181920
    21222324252627
    2829301234
    567891011

Mill-Arkivji

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify

Tagħlim tal-Mużika mall-Banda Peace

Għafas fuq il-buttuna t'hawn taħt sabiex tirreġistra għal tagħlim tal-mużika professjonali minngħajr ħlas.

Wara li tirreġistra, s-Soċjeta' Mużikali Peace ser tikkuntatjak fuq id-dettalji li tkun għadek kemm irreġistrajt bihom.