Aħbarijiet riċenti

[36-40] minn 491 artikli
<
>

Sala Ġdida għall-Armar fuq il-Bejt tal-Każin

Matul dawn l-aħħar ġimgħat, fuq parti mill-bejt tal-Każin tagħna, kien għaddej xogħol ta’ kostruzzjoni importanti sabiex tinbena kamra ġdida li ser isservi bħala maħżen għall-armar tal-festa. Din l-inizjattiva kienet meħtieġa ħafna biex jitkabbru u jitjieb il-faċilitajiet tagħna relatati mal-Festa. Grazzi għad-dedikazzjoni u l-impenn tal-voluntiera u l-kuntratturi involuti, ix-xogħol issa wasal fi tmiemu, u fil-jiem li ġejjin ser tkun qed titlesta sal-aħħar dettall sabiex tkun tista’ tintuża eżattament fil-jiem tal-festa.

Hug a Tune - Music Appreciation class

Is-Soċjetà Mużikali Peace b’sodisfazzjon kbir qed tniedi programm mużikali ġdid u kreattiv bl-isem “Hug-a-Tune”, immirat għal tfal żgħar li jixtiequ jagħmlu l-ewwel passi tagħhom fid-dinja affaxxinanti tal-mużika.

Dan il-programm ser isir kull ġimgħa, kull nhar ta’ Tlieta mit-1 ta’ Lulju 2025 bejn il-5:00 p.m. u s-6:00 p.m., f’ambjent sigur, pjaċevoli u mimli enerġija.

L-Għid it-Tajjeb

Bejgħ ta' Qagħaq tal-Appostli - Quddiem il-Każin

Il-Kummissjoni Żgħażagħ ser ikunu qiegħdin ibiegħu l-qagħaq tal-Appostli minn quddiem il-każin f'dawn il-ġranet: F'jum id-Duluri; f'Ħadd il-Palm; nhar Ħamis ix-Xirka u nhar il-Ġimgħa l-Kbira. 

Sacrificium Sacrum - Ġabra ta' Marċi Funebri ta' Mro. Lino Pirotta - Għal Bejgħ

Mużiċisti tal-Banda Peace taħt sezzjoni ta' taħriġ minngħand Len Tyler Music School

[36-40] minn 491 artikli
<
>
 

Aħbarijiet Riċenti

Tagħlim tal-Mużika mall-Banda Peace

Għafas fuq il-buttuna t'hawn taħt sabiex tirreġistra għal tagħlim tal-mużika professjonali minngħajr ħlas.

Wara li tirreġistra, s-Soċjeta' Mużikali Peace ser tikkuntatjak fuq id-dettalji li tkun għadek kemm irreġistrajt bihom.

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify