Aħbarijiet riċenti

[381-385] minn 500 artikli
<
>

It-Tielet Sibt tal-Festa ta' Marija Bambina

Wasal it-Tielet Sibt tal-Festa ghaziza taghna ta' Marija Bambina, u f'dan is-Sibt nixtieq infakkarkom fl-innawgurazjoni tal-irhama l-gdida bl-isem tas-sede tas-Socjeta' Muzikali Peace, PALAZZO VITTORIA li kienet saret fl-ewwel ta' Settembru 2014. Din l-irhama twahhlet mal-faccata principali tal-kazin fejn qieghda tidgawda minn kull min izur is-sede taghna u l-pjazza tan-Naxxar.

Irreklama fil-Program tal-Festa 2015

Bhal kull sena s-Socjeta' Muzikali Peace, bdiet thejji biex tippubblika ktieb ghall-Festa ta' Marija Bambina 2015. Din tkun pubblikazzjoni mimlija artikli storici w interessanti, kif ukoll programm tal-attivitajiet kollha li jsiru matul is-sena u li ha jsiru matul il-gimgha tal-Festa.

It-Tieni Sibt tal-Festa ta' Marija Bambina

Illum is-Sibt 18 ta' Lulju huwa t-Tieni Sibt tal-Festa ta' Marija Bambina u minn hawnhekk nixtieq nheggeg lin-Naxxarin kollha specjalment lill-partitarji tal-Banda Peace sabiex jixghelu t-tubi u globi taghhom.Il-poster tat-Tieni Sibt tal-Festa ta' Marija Bambina, jitratta propju fuq shabna l-partitarji Naxxarin u tas-Socjeta' Muzikali Peace ....

Anniversarju: Konsagrazzjoni tal-Każin

Fil-15 ta' Lulju 1951, l-kazin kien ikkonsagrat mill-Arcisqof Mikiel Gonzi lill-Qalb ta' Gesu' u ta' Marija. Fis-sena 2011 konna ccelebrajna is-60 sena anniversarju ta' dan l-avveniment importanti fl-istorja tas-Socjeta' taghna, fost l-avvenimenti konna organizzajna wirja ta' pitturi, statwi, bnadar u esebizzjonijiet ohra relatati mal-Qalb ta' Gesu.

L-Ewwel Sibt tal-Festa ta' Marija Bambina

Illum is-Sibt 11 ta' Lulju huwa propju l-ewwel Sibt tal-Festa ta' Marija Bambina fin-Naxxar. Nheggu lin-Naxxarin kollha specjalment lill-partitarji tal-Banda Peace sabiex ittellghu l-bnadar u jixghelu t-tubi u l-globi taghhom f'din l-okkazjoni.

B'sogħba u dispjaċir kbir nħabbru l-mewt tas-sur Anthony Catania

B'soghba u dispjacir kbir nhabbru l-mewt tas-sur Anthony Catania, ex President tal-banda Vittoria. F'isem il-Kumitat u l-Kummissjonijiet kollha tal-banda Peace, nixtiequ naghtu l-kondoljanzi sinciera taghna lill-familjari tas-sur Catania.

[381-385] minn 500 artikli
<
>
 

Aħbarijiet Riċenti

Tagħlim tal-Mużika mall-Banda Peace

Għafas fuq il-buttuna t'hawn taħt sabiex tirreġistra għal tagħlim tal-mużika professjonali minngħajr ħlas.

Wara li tirreġistra, s-Soċjeta' Mużikali Peace ser tikkuntatjak fuq id-dettalji li tkun għadek kemm irreġistrajt bihom.

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify