Gallery Album:
Ftuħ Uffiċjali tal-OTTO Clubhouse - 19 ta' Awwissu
Albums > 2015 > Festa 2015 > Ftuħ Uffiċjali tal-OTTO Clubhouse - 19 ta' Awwissu
Nhar l-Erbgħa 19 ta' Awwisu fit-8:00pm sar il-Ftuħ Uffiċjali tal-bottegin il-ġdid tas-Soċjeta' bl-isem ta' 'OTTO Clubhouse'. Bħala Soċjeta' ħassejna li għandna nsemmu dan il-bottegin ghan-numru 8 li għalina n-Naxxarin huwa speċjali għaliex ifakkarna fit-8 ta' Settembru li huwa jum il-Festa ta' Marija Bambina. L-attivita' bdiet b'kelmtejn tal-President tas-Soċjeta', Dott. Martin Fenech flimkien mas-Segretarju , is-sur Matthew Pullicino u bit-tberik tal-Bar mill-W.R. Arċipriet Dun David Gauci. Wara t-tberik l-Operaturi tal-Bar stiednu lis-Soċji u Bandisti għal Festin fil-bottegin il-ġdid. Il-Kumitat Ċentrali jixtieq jerġa jirringrazja lill dawk kollha li taw il-kontribut tagħhom sabiex dan il-Proġett sseħħ Realta b'modd speċjali lill-Operaturi tal-Bar (Il-Familja Pavia u Sammut) li kienu l-benefatturi ewlenin ta' dan il-Proġett.
Ħajr lill-Edward Azzopardi għar ritratti