Gallery Album: Festa ta' Marija Bambina - 8 ta' Settembru

Bħal kull sena l-Banda Peace b'unur u privileġġ kbir akkumpanjat lill-istatwa Titulari ta' Marija Bambina fejn l-istess banda ilha takkumpanja lill-istatwa minn mindu twaqqfet għal l-ewwel darba l-Banda. Il-Banda Peace takkumpanja lill-istatwa matul il-purċissjoni sħiħa b'daqq ta' Innijiet Marjani, kif ukoll ssellem lill-istatwa u tgħalaq il-Festa b'daqq ta' Ave Marija minn fuq il-planċier maestuż tas-Soċjeta' li jkun armat fil-Pjazza tan-Naxxar.
Ritratti [ 24 ]

Ħajr lill-Images Photo Studios tan-Naxxar għar ritratti

Tagħlim tal-Mużika mall-Banda Peace

Għafas fuq il-buttuna t'hawn taħt sabiex tirreġistra għal tagħlim tal-mużika professjonali minngħajr ħlas.

Wara li tirreġistra, s-Soċjeta' Mużikali Peace ser tikkuntatjak fuq id-dettalji li tkun għadek kemm irreġistrajt bihom.