Nhar il-Ġimgħa 29 ta' Settembru l-Kumitat Ċentrali organizza 'Get Together' għall-Helpers kollha li taw il-kontribut tagħhom matul il-Festa 2017. Waqt din l-attivita' ntwerew filmati u ritratti fuq il-Festa 2017. Waqt din l-attivita', ċċelebrajna wkoll għeluq snin il-President tas-Soċjeta', Dr.Martin Fenech.
Minn hawnhekk, f'isem il-Kumitat u l-Kummissjonijiet kollha tas-Soċjeta', nixtiequ nirringrazjaw minn qalbna lill dawk il-voluntiera kollha li għinuna f'kwalinkwa xogħol sabiex ikollna Festa oħra mill-aqwa. Grazzi mill-qalb!