Gallery Album: Banda: Programm Mużikali tal-Milied - 30 ta' Diċembru

l-Banda Peace għal sena oħra ttellgħat Programm Mużikali fuq it-tema' tal-Milied, fis-Sala' Marija Bambina. Dan il-Programm sar sinonimu mall-kalendarju tal-Banda tagħna u ta' kull sena nallegraw lill-pubbliku preżenti bil-mużika li tindaqq. Il-Banda Peace kienet taħt id-direzzjoni ta' Mro. Lino Pirotta. Dan il-Programm Mużikali sar nhar is-Sibt 30 ta' Diċembru fis-7:30pm ġewwa s-Sala Marija Bambina. Waqt dan il-Programm ndaqqu bosta solos, kif ukoll kien hemm siltiet mużikali li ġew nterpretati mill-kor Harmonic Ensemble taħt id-direzzjoni ta' Ritienne Azzopardi.

Nixtiequ nirringrazjaw lill-Bandisti, lis-Surmast Mro.Lino Pirotta, ma jonqosx ukoll lill-kor Harmonic Ensemble u lill dawk in-nies kollha li għoġobhom jattendu għal dan il-Programm Mużikali mill-isbaħ.

 

Filmat: Live Streaming ta' dan il-Programm Mużikali

Live Streaming: Il-Kuncert tal-Milied 2017 fis-Sala Marija Bambina! Grazzi tal-attendenza numeruza li kellna. Sala ppakjata u proset akbar lis-Surmast u l-Bandisti tal-Banda Peace. Ma jonqosx ukoll il-kor Harmonic Ensemble taht id-direzzjoni ta' Ritienne Azzopardi. GRAZZI u s-sena t-Tajba!

Posted by Soċjeta' Mużikali Peace, Naxxar on Saturday, 30 December 2017
Ritratti [ 140 ]

Ħajr lill-Edward Azzopardi tar-ritratti