Gallery Album: Il-Programm Vokali u Strumentali 'Future Stars' - 1 ta' Ġunju

Nhar il-Ġimgħa 1 ta' Ġunju fis-7:30pm, Ally-El Entertainment ttellaw dan il-Programm Mużikali b'kollaborazjoni mall-Banda Peace ġewwa l-Kulleġġ ta' San Benedittu f'Ħal-Kirkop sabiex jinġabru fondi b'risq Puttinu Cares. Waqt dan il-Programm Mużikali ndaqqu u tkantaw aktar minn 22 il-kanzunetta kemm Maltin kif ukoll kanzunetti popolari. Il-Banda Peace kienet taħt il-bakketta tal-Assistent Surmast Mro. Joseph Chircop, filwaqt li s-Surmast Direttur Mro.Lino Pirotta nngħaqqad bħala mużiċist mall-banda Peace f'din is-serata formidabli. Waqt din is-serata kien hemm ukoll Mro.Joe Brown li akkumpanja l-Banda Peace bid-daqq tal-pjanu. 

Matul il-Programm inġabbret is-somma sabiħa ta' € 2135 li ngħataw kollha lill-Puttinu Cares waqt is-serata.

F'isem il-Kumitat Ċentrali, nixtiequ ngħidu proset liż-żgħażagħ kantanti u l-mużiċisti li taw il-kontribut tagħhom matul din is-serata mill-isbaħ.

Ritratti [ 209 ]

Ħajr lill-Edward Azzopardi għar-ritratti
Niċċelebraw l-10 sena Anniversarju tas-sit www.bandapeacenaxxar.com
Servizzi Mużikali tas-Sajf 2019