Is-Sajf reġa' wasal u dan ifisser li l-istaġun tal-Festi fetaħ, u bħal kull sena l-Banda Peace ġiet mistiedna minn ċertu rħula madwar Malta sabiex iddoqq fil-Festa tagħhom. L-ewwel servizz mużikali għal dan l-istaġun tal-Festi kien ġewwa l-Pieta' għal Festa tal-Madonna ta' Fatima fejn il-banda Peace ħadet sehem fil-purċissjoni b'daqq ta' innijiet u fl-aħħar spiċċat is-servizz mużikali tagħha b'daqq ta' marċi brijjużi.