Nhar il-Ħadd 2 ta' Diċembru fl-okkażjoni tal-Festa ta' Santa Ċeċilja, l-banda Peace ttellgħat Kunċert Strumentali ġewwa l-eqdem Teatru fl-Ewropa, t-Teatru Manoel. Dan il-kunċert sar taħt il-patroċinju distint tal-E.T. Marie Louise Coleiro Preca, President ta' Malta.
Dan il-Kunċert kien imqassam fuq mużika ta' livell għoli taħt id-direzzjoni tas-surmast Naxxari, Mro. Lino Pirotta. Dan il-Kunċert ġie mtellgħa b'kollaborazjoni mal-Għaqda Każini tal-Baned.